Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 06/12/2017

mini one-stop-shop (Skema MOSS)

Il-Mini One-Stop Shop (Skema Moss) tippermettilek li tipprovdi dawn is-servizzi li ġejjin fl-UE mingħajr il-bżonn li tirreġistra f'kull pajjiż tal-UE fejn tipprovdihom:

  • servizzi ta' telekomunikazzjoni
  • servizzi tax-xandir tat-televiżjoni u tar-radju
  • servizzi fornuti elettronikament

Anki jekk in-negozju tiegħek hu bbażat barra l-UE tista' tibbenefika mill-iskema, peress li hemm żewġ tipi ta' skemi offruti: dawk ibbażati fl-UE ( Skema tal-Unjoni) u dawk ibbażati barra l-UE ( Skema mhux tal-Unjoni)

Skema tal-Unjoni
Skema tal-Unjoni

L-Iskema tal-Unjoni hi għan-negozji stabbiliti fl-UE.

Stat Membru ta' identifikazzjoni

Biex tirreġistra għall-iskema, trid tagħżel stat membru ta' identifikazzjoni. Dan għandu jkun il-pajjiż tal-UE fejn hu bbażat in-negozju tiegħek (fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni).

Jekk l-uffiċċju ewlieni tiegħek jinsab barra l-UE u għandek fergħat fl-UE, tista' tagħżel kwalunkwe pajjiż tal-UE fejn għandek fergħa stabbilita biex ikun l-Istat Membru ta' identifikazzjoni.

Ma tistax tinkludi l-bejgħ li sar fl-Istat Membru ta' identifikazzjoni fi ħdan l-iskema; dawn iridu jiġu dikjarati bl-użu tar- regoli normali tat-taxxa għal bejgħ domestiku.

Stat Membru ta' konsum

Il-pajjiżi tal-UE fejn tipprovdi s-servizzi nirreferu għalihom bħala l- istati membri ta' konsum.

Meta tforni servizz, trid tapplika r-regoli (fatturar, kontabilità abbażi l-ħlasijiet u ħelsien mid-dejn mitluf eċċ.) tal-istat membru ta' konsum.

Stat Membru ta' stabbiliment

Jekk in-negozju tiegħek għandu fergħat f'pajjiżi oħra tal-UE, dawn nirreferu għalihom bħala l- istati membri ta' stabbiliment. Il-provvisti minn dawn il-fergħat lil stat membru ta' konsum jridu wkoll jiġu inklużi fid-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-Mini One-Stop-shop.

Il- provvisti lejn l-istat(i) membru/i ta' stabbiliment ma jistgħux jiġu inklużi fl-Iskema tal-Unjoni. Dawn iridu jiġu ddikjarati bl-użu tar- regoli normali tat-taxxa għal bejgħ domestiku.

Skema mhux tal-unjoni
Skema mhux tal-unjoni

L-Iskema mhux tal-Unjoni hi għan-negozji stabbiliti barra l-UE.

Stat Membru ta' identifikazzjoni

Biex tirreġistra għall-iskema, trid tagħżel stat membru ta' identifikazzjoni. Dan jista' jkun kwalunkwe pajjiż tal-UE li tagħżel.

Stat Membru ta' konsum

Il-pajjiżi tal-UE fejn tipprovdi s-servizzi nirreferu għalihom bħala l- istati membri ta' konsum. Dawn jistgħu jinkludu wkoll il-pajjiż magħżul minnek bħala l-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek.

Meta tforni servizz, trid tapplika r-regoli (fatturar, kontabilità abbażi l-ħlasijiet u ħelsien mid-dejn mitluf eċċ.) tal-istat membru ta' konsum.

Jekk inti persuna taxxabbli mhux tal-UE (li hi rreġistrata jew obbligata tirreġistra għall-VAT fl-UE) u m'intix stabbilit fl-UE ma tistax tuża l-Iskema mhux tal-Unjoni.

F'dan il-każ, ikollok tirreġistra u tagħti kont għall-VAT f'kull pajjiż tal-UE fejn inti tipprovdi s-servizzi.

Reġistrazzjoni

M'għandikx għalfejn tirreġistra għall-Iskema MOSS, iżda r-reġistrazzjoni tippermettilek li tipprovdi ċerti servizzi lejn il-pajjiżi tal-UE mingħajr il-ħtieġa li tirreġistra b'mod separat f'kull pajjiż tal-UE.

Jekk tingħaqad mal-iskema, trid tapplika r-regoli tal-iskema għall-pajjiżi kollha tal-UE fejn tipprovdi s-servizzi. Ma tistax sempliċement tagħżel li tinkludi xi stati membri.

Tista' tirreġistra għaż-żewġ skemi onlajn permezz tal-portal tal-istat Membru ta' identifikazzjoni tiegħek.

Hekk kif jaslu u jiġu vvalidati d-dettalji ta' reġistrazzjoni tiegħek, dawn se jinżammu f'bażi ta' dejta u se jintbagħtu lill-pajjiżi tal-UE rilevanti.

Normalment ir-reġistrazzjoni tibda fl-ewwel jum tal-perjodu ta' tliet xhur tas-sena kalendarja wara li tkun daħħalt it-talba sabiex tingħaqad fl-iskema. Pereżempju, jekk inti tingħaqad ma' MOSS fl-20 ta' Lulju, ir-reġistrazzjoni tiegħek se tibda fl-1 ta' Ottubru. Jekk ikun meħtieġ, tista' tressaq din id-data ‘l quddiem sakemm tinforma lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni qabel l-10 jum tax-xahar ta' wara. Pereżempju, jekk inti diġà qed tinnegozja u tipprovdi servizz fil-5 ta' Marzu, trid tinforma lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni li tixtieq tingħaqad fl-iskema qabel l-10 ta' April. Jekk dan isir, is-servizzi kollha li tipprovdi mill-5 ta' Marzu se jkunu koperti mill-iskema.

It-tneħħija tar-reġistrazzjoni

Jekk trid tneħħi r-reġistrazzjoni mill-iskema, trid tinforma lill-istat membru ta' identifikazzjoni. Dan għandu jsir mill-inqas 15-il jum qabel tmiem it-trimestru (it-trimestri kalendarji huma minn Jannar sa Marzu, minn April sa Ġunju, minn Lulju sa Settembru u minn Ottubru sa Diċembru). Se tiġi nnotifikat b'mod elettroniku meta t-talba tiegħek tkun ġiet aċċettata. Minn dan il-mument ma tistax tuża l-iskema fi kwalunkwe Stat Membru għal 6 xhur.

Tibdil fl-istat membru ta' identifikazzjoni

Jekk tixtieq, tista' tibdel l-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek. Għall-Iskema tal-Unjoni l-istat membru ta' identifikazzjoni l-ġdid irid ikun diġà mniżżel bħala wieħed mill-istati membri ta' stabbiliment tiegħek. Għall-Iskema mhux tal-Unjoni, tista' tagħżel kwalunkwe stat membru tal-UE.

Tista' tagħmel il-bidla fl-istess jum iżda għandek tinforma kemm l-istat membru ta' identifikazzjoni l-antik kif ukoll lil dak ġdid dwar l-għażla tiegħek. Dan irid isir qabel l-10 jum tax-xahar wara li tagħmel il-bidla.

Esklużjoni mill-iskema

Se tiġi eskluż mill-iskema jekk:

  • tinnotifika lill-istat membru ta' identifikazzjoni li m'għadikx tipprovdi s-servizzi rilevanti
  • ma tagħmel l-ebda fornimenti rilevanti għal sentejn konsekuttivi
  • ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa tal-iskema
  • b'mod persistenti tonqos milli tikkonforma mar-regoli tal-iskema

Perjodu ta' kwarantina

F'ċerti sitwazzjonijiet tista' tiġi eskluż milli tuża skema waħda jew iż-żewġ skemi tal-Mini One-Stop Shop (magħrufa bħala perjodu ta' kwarantina). Dawn jinkludu:

  • jekk tiddeċiedi li twaqqaf il-provvista tas-servizzi koperti bl-iskema – 6 xhur
  • jekk tiddeċiedi li volontarjament titlaq mill-iskema – 6 xhur 
  • b'mod persistenti tonqos milli tikkonforma mar-regoli tal-iskema – sentejn

Numru tal-VAT

Skema tal-Unjoni

Għandek tuża l-istess numru tal-VAT li qed tuża bħalissa għad-dikjarazzjonijiet tal-VAT domestiċi.

Skema mhux tal-unjoni

Se tiġi allokat numru tal-VAT mill-pajjiż tal-UE li għażilt biex ikun l-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek.

Dikjarazzjonijiet tal-VAT

Trid tissottometti dikjarazzjonijiet trimestrali tal-VAT dettaljati onlajn. Għandek tissottometti d-dikjarazzjoni tal-VAT tiegħek fi żmien 20 jum mit-tmiem ta' kull perjodu ta' rendikont (trimestru kalendarju). Ma tistax tissottometti dikjarazzjoni tal-VAT qabel it-tmiem tal-perjodu tad-dikjarazzjoni. L-informazzjoni mbagħad tiġi trasferita b'mod sikur mill-istat membru ta' identifikazzjoni lill-istat membru ta' konsum rilevanti.

Dawn id-dikjarazzjonijiet tal-VAT isiru flimkien mad-dikjarazzjonijiet tal-VAT domestiċi normali.

Ivverifika r-rati tal-VAT

Tista' tiċċekkja r-rati tal-VAT għall-provvista ta' telekomunikazzjonijiet, xandir u servizzi pprovduti elettronikament billi tuża l- bażi ta' dejta tal-Komunikazzjoni tal-Informazzjoni tat-TaxxaEnglish.

Żamma ta' rekords

Għandek iżżomm rekord tal-attivitajiet tiegħek fl-Iskema MOSS, u għandek tkun kapaċi tagħmel ir-rekords disponibbli elettronikament mingħajr dewmien. Għandek iżżomm rekord tad-dikjarazzjonijiet tiegħek għal 10 snin minn tmiem is-sena li fiha ġie pprovdut is-servizz.

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun inkluża fir-rekords li żżomm:

  • l-istat membru tal-konsum fejn hu pprovdut is-servizz
  • it-tip ta' servizz ipprovdut
  • id-data meta ġie pprovdut is-servizz
  • kull żieda jew tnaqqis sussegwenti tal-ammont taxxabbli
  • ir-rata tal-VAT applikata
  • l-ammont ta' VAT li għandu jitħallas b'indikazzjoni tal-munita użata
  • id-data u l-ammont ta' ħlasijiet riċevuti
  • kwalunkwe ħlas fuq il-kont riċevut qabel ma ġie pprovdut is-servizz
  • fejn tinħareġ irċevuta, l-informazzjoni li tinsab fuq l-irċevuta
  • l-isem tal-klijent, fejn ikun magħruf għall-persuna taxxabbli
  • l-informazzjoni użata biex jiġi ddeterminat il-post fejn il-klijent huwa stabbilit jew għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn hu residenti normalment.

Fil- gwida dettaljata hemm disponibbli aktar informazzjoni dwar l-Iskema MOSS.

Tista' taqra wkoll dwar regoli aktar speċifiċi fuq livell nazzjonali u tirreġistraDeutschfrançaisEnglish biex tirċievi l-aktar rapporti riċenti dwar l-Iskema MOSS.

Agħżel pajjiż:

  • L-AwstrijapdfEnglish
  • Il-BelġjupdfEnglish
  • Il-BulgarijapdfEnglish
  • Il-KroazjapdfEnglish
  • ĊiprupdfEnglish
  • Ir-Repubblika ĊekapdfEnglish
  • Id-DanimarkapdfEnglish
  • L-EstonjapdfEnglish
  • Il-FinlandjapdfEnglish
  • FranzapdfEnglish
  • Il-ĠermanjapdfEnglish
  • Il-ĠreċjapdfEnglish
  • L-UngerijapdfEnglish
  • L-IrlandapdfEnglish
  • L-ItaljapdfEnglish
  • Il-LatvjapdfEnglish
  • Il-LitwanjapdfEnglish
  • Il-LussemburgupdfEnglish
  • MaltapdfEnglish
  • In-NetherlandspdfEnglish
  • Il-PolonjapdfEnglish
  • Il-PortugallpdfEnglish
  • Ir-RumanijapdfEnglish
  • Is-SlovakkjapdfEnglish
  • Is-SlovenjapdfEnglish
  • SpanjapdfEnglish
  • L-IżvezjapdfEnglish
  • Ir-Renju UnitpdfEnglish

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Appoġġ għan-negozji lokali

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn. Biex tgħin lill-konsulent fiż-żona lokali tiegħek jirrispondi fil-ħin u b’mod korrett, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni kollha possibbli.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

IvaLE

Ċipru

Nicosia

Franza

Blagnac Cedex

Caen

Dijon

Guadeloupe, Martinique

Lille

Lyon

Paca

Paris, Ile-de-France, Centre, Nouvelle-Calédonie, Polynésie

Rennes

Saint-Denis

Id-Danimarka

Copenhagen

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Sofia

Il-Finlandja

Helsinki

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Erfurt

Hannover

Kiel

Leipzig

Magdeburg

Mainz

Mülheim an der Ruhr

München

Rostock

Stuttgart

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Oslo

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Praha

Ir-Rumanija

Baciu Cluj

Bucuresti

Constanta

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Is-Slovenja

Ljubljana

Iżlanda

Reykjavík

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Stockholm

L-Italja

Firenze (Toscana, Umbria, Marche)

Milano (Lombardia, Emilia Romagna)

Napoli (Abruzzo, Calabria, Campania, Basilicata, Molise, Puglia, Sicilia)

Roma (Lazio, Sardegna)

Torino (Piemonte, Liguria, Valle d’Aosta)

Venezia (Veneto, Trentino Alto Adige, Friuli Venezia Giulia)

L-Ungerija

Budapest

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.