Ħlas u tnaqqis tal-VAT

Il-ħlas tal-VAT

Meta l-VAT hija imposta fuq oġġetti jew servizzi, jista' jintuża t-terminu "provvisti taxxabbli".

Jekk inti taħdem fin-negozju u tipprovdi prodotti jew servizzi, normalment għandek:

  • tirreġistra mal-awtoritajiet tat-taxxa fil-pajjiż tal-UE fejn in-negozju tiegħek huwa stabbilit;
  • tiċċarġja l-VAT lill-klijenti tiegħek u tiddikjara dan lill-awtoritajiet tat-taxxa.

Twissija

M'hemmx għalfejn ikunu involuti l-flus biex tiġi ċċarġjat il-VAT — għandu mnejn ikollok iżżomm il-VAT (normalment fuq valur tas-suq) fuq oġġetti u servizzi li:

  • tpartat ma' oġġetti jew servizzi oħrajn;
  • inti tagħti b'xejn;
  • takkwista għall-konsum privat tiegħek stess.

Tnaqqis tal-VAT

Jekk inti taħdem fin-negozju, tista' normalment tnaqqas il-VAT li ħallast fuq ix-xiri għan-negozju tiegħek mill-VAT li tiċċarġja l-klijenti tiegħek; imbagħad jeħtieġ li tħallas biss id-differenza lill-awtoritajiet tat-taxxa, u tirrapporta dawn l-ammonti lilhom fil-formola perjodika tal-VAT tiegħek.

Xi kultant, il-VAT li jħallas in-negozju tiegħek taqbeż il-VAT li ċċarġjajt il-klijenti tiegħek. F'dan il-każ, l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom iroddulek lura jew jagħtuk kreditu bid-differenza.

Stħarreġ aktar fil-fond, pajjiż b'pajjiż:

VAT fuq fatturi

Normalment, jekk int irreġistrat għall-VAT u tagħmel xi bejgħ lil negozji oħra, trid toħroġ fattura tal-VAT — jew f'forma stampata jew f'forma elettronika. Il-VAT normalment tiġi miżjuda fuq il-prezz tal-oġġetti jew servizzi fuq il-fattura tiegħek.

In-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tiegħek irid jidher fuq il-fatturi kollha li inti tagħti lill-klijenti, kif ukoll l-ammont tal-VAT li jiġi ċċarġjat u oġġetti standard oħra.

  • Ir-regoli tal-VAT dwar fatturazzjoni tal-UE de en fr
  • Ir-regoli tal-fatturazzjoni applikabbli fil-pajjiżi tal-UE en

Eċċezzjonijiet

Hemm xi eċċezzjonijiet għal din ir-regola.

Pereżempju, jekk tagħti servizz lil negozju ieħor li jinsab f'pajjiż tal-UE li mhuwiex fejn il-kumpanija tiegħek hija bbażata, il-VAT mhix se tidher fuq il-fattura tiegħek. Dan ma jfissirx li s-servizz ma jkunx soġġett għall-VAT, sempliċiment li l-VAT tista' tiġi kkontabilizzata u mħallsa direttament minn sieħeb fin-negozju f'pajjiż ieħor tal-UE.

Bl-istess mod, f'każ ta' esportazzjoni ta' oġġetti lejn pajjiż mhux tal-UE, il-fattura tiegħek mhux se turi l-VAT. Normalment, xerrej f'pajjiż barra mill-UE jkun soġġett għar-regoli ta' importazzjoni ta' pajjiżu.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 03/05/2023
Ikkondividi din il-paġna