Mogħdija tan-navigazzjoni

L-aħħar verifika 26/02/2018

Il-fużjonijiet tal-kumpaniji

Mit-30 ta’ Marzu 2019, il-liġi kollha tal-UE mhux se tapplika aktar għar-Renju Unit, sakemm ftehim ta’ rtirar ratifikat ma jistabbilixxix data oħra, jew il-Kunsill Ewropew u r-Renju Unit jiddeċiedu b’mod unanimu li jestendu l-perjodu ta’ sentejn ta’ negozjati. Għal aktar informazzjoni dwar ir-riperkussjonijiet legali għan-negozji:

Jekk qed tfittex opportunitajiet ġodda ta' negozju, tista' tikkunsidra wkoll li tagħmel fużjoni jew li takkwista kumpanija eżistenti. Ir-regoli li ġejjin jikkonċernaw lill- "kumpaniji b'responsabbiltà limitata" bbażati tal-anqas f'żewġ pajjiżi differenti tal-UE.

Il-fużjonijiet bejn pajjiżi differenti li jinvolvu kumpaniji li jinvestu kapital provdut minn investituri privati jew pubbliċi huma eżenti mir-regoli tal-UE dwar il-fużjonijiet.

Ir-regoli tal-UE għandhom jiġu applikati għall-fużjonijiet fejn:

Il-kumpanija tiegħek tixtri kumpanija waħda jew aktar li tinsab fi Stat Membru ieħor tal-UE (fużjoni permezz ta' akkwist)

Jekk int il-kumpanija li qed tagħmel l-akkwist, l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-kumpaniji li takkwista se jiġu trasferiti lilek. Imbagħad għandek toħroġ titoli (bħal ishma) li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija li akkwistajt, bi skambju għall-assi li rċevejt permezz tat-trasferiment.

Għandu mnejn ikollok tagħmel pagament ta' flus sa massimu ta' 10% tal-valur nominali jew tal-valur tal-kontabilità tat-titoli tal-kumpanija tiegħek.

Għalkemm il-kumpaniji li tkun akkwistajt huma teknikament xolti, dawn mhumiex uffiċjalment taħt likwidazzjoni.

Żewġ kumpaniji jew aktar jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħhom lil kumpanija ġdida li se tifforma (fużjoni permezz ta' formazzjoni)

Jekk qed tifforma kumpanija ġdida, għandek toħroġ titoli (bħal ishma) li jirrappreżentaw id-daqs tal-kapital tal-kumpaniji li jittrasferixxu l-assi tagħhom. Għandek toħroġ dawn it-titoli lis-sidien tal-kumpaniji li qed jittrasferixxu l-assi. Il-valur tat-titoli għandu jkun daqs il-kapital tal-kumpanija li qed tittrasferixxi l-assi.

Għandu mnejn ikollok tagħmel pagament ta' flus sa massimu ta' 10% tal-valur nominali jew tal-valur tal-kontabilità tat-titoli tal-kumpanija tiegħek.

Il-kumpaniji li jittrasferixxu l-assi jiġu xolti fi tmiem il-proċess mingħajr ma jgħaddu minn proċedura uffiċjali ta' likwidazzjoni.

Kumpanija tittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha lill-kumpanija tiegħek li diġà għandha t-titoli kollha tagħha (fużjoni permezz ta' akkwiżizzjoni).

Wara t-trasferiment, għalkemm il-kumpaniji li jittrasferixxu l-assi tagħhom ikunu xolti, dawn ma jkunux uffiċjalment taħt likwidazzjoni.

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħżlu li ma japplikawx dawn ir-regoli għal fużjonijiet bejn pajjiżi differenti li jinvolvu soċjetajiet kooperattivi, anki jekk huma definiti bħala kumpaniji b'responsabbiltà limitata.

It-tħejjija tad-dokumentazzjoni (abbozz ta' termini komuni)

Meta l-kumpanija tiegħek hi involuta f'fużjoni inti għandek tfassal dokument, magħruf bħala l- abbozz tat-termini komuni tal-fużjoni, li jkun fih tal-anqas il-punti li ġejjin:

  • l-isem u l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpaniji involuti, u tal-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni
  • il- proporzjon u t-termini tal-allokazzjoni li se jiġu applikati għall- iskambju tat-titoli (jiġifieri kemm mill-ishma tal-kumpanija akkwirenti tiegħek se jiġu offruti lill-azzjonisti tal-kumpaniji akkwistati) u l-ammont ta' flus kontanti li se tagħti bħala pagament (jekk applikabbli)
  • l-effett probabbli fuq l-impjegati
  • id-data minn meta d-detenturi l-ġodda (tat-titoli tal-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni) se jkollhom id-dritt għal dividendi
  • l- istatuti tal-kumpanija li jirriżultaw mill-fużjoni
  • il-proċeduri għall-arranġamenti li l-impjegati għandhom jagħmlu meta jittrattaw mal-membri tal-bord tal-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni (fejn xieraq)
  • l-informazzjoni dwar l- evalwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet trasferiti lill-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni

Il-pubblikazzjoni tad-dokumentazzjoni

Inti għandek tippubblika l-abbozz tat-termini komuni tal-anqas xahar qabel ma jsiru l-laqgħat tal-assemblea ġenerali. Dawn il-laqgħat jattendu għalihom il-kumpaniji kollha li jiddeċiedu dwar il-fużjoni.

Għandek tippubblika l-abbozz tat-termini komuni jew fuq is-siti web tal-kumpaniji involuti jew fuq sit web apposta għall-fużjonijiet fil-pajjiżi tal-UE kkonċernati.

It-tħejjija tar-rapporti għal-laqgħa ġenerali

Normalment għandek tħejji dawn iż-żewġ rapporti qabel il-laqgħat ġenerali. Madankollu, jekk is-sidien kollha tal-kumpaniji involuti jaqblu, tista' ma tagħmilx ir-rapport tal-espert indipendenti.

Ir-rapport tal-maniġment jew tal-korpi amministrattivi

Dan ir-rapport jispjega l-aspetti legali u ekonomiċi u l-implikazzjonijiet tal-fużjoni għas-sidien, il-kredituri u l-impjegati. Ir-rapport għandu jingħata lis-sidien tal-kumpanija u r-rappreżentanti tal-persunal tal-anqas xahar qabel il-laqgħa ġenerali. Jekk il-maniġment ta' kwalunkwe waħda mill-kumpaniji li qed tagħmel fużjoni jirċievi feedback (f'waqtu) mingħand l-impjegati, dan jiġi inkluż fir-rapport.

Ir-rapport tal-espert indipendenti

Dan ir-rapport (jekk meħtieġ) huwa mħejji għas-sidien tal-kumpaniji involuti. Ir-rapport għandu jkun lest tal-anqas xahar qabel il-laqgħa ġenerali u għandu jispjega l-proporzjon ta' skambju li kien stipulat fl-abbozz tat-termini komuni li għandu jintuża meta jiġu offruti t-titoli għall-assi akkwistati.

Qbil dwar l-abbozz tat-termini

Il-kumpaniji kollha involuti fil-fużjoni għandhom jaqblu fuq l- abbozz tat-termini matul is-sessjonijiet tal-laqgħa ġenerali.

Il-kumpaniji kollha involuti għandhom id-dritt li jiżguraw li l-implementazzjoni tal-fużjoni hija kondizzjonali; din tiddependi mill- parteċipazzjoni kontinwa tal-persunal wara li tkun seħħet il-fużjoni.

Jekk int il-kumpannija akkwirenti, tista' tapprova l-fużjoni mingħajr il-ħtieġa li tattendi l-laqgħat ġenerali sakemm il-kumpaniji l-oħra involuti jaqblu. Biex tagħmel dan, għandek tiżgura li:

  • l- abbozz tat-termini komuni jkun ippubblikat tal-anqas xahar qabel ma jsiru l-laqgħat ġenerali
  • id-dokumenti l-oħra kollha rilevanti għall-fużjoni jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-azzjonisti tagħhom (dawn jistgħu jkunu l-kontijiet annwali u r-rapporti annwali tal-kumpaniji suġġetti għat-teħid tal-kontroll)

Il-kontroll tal-legalità tal-fużjoni

Il-fużjoni għandha tiġi ċċekkjata għal-legalità f'kull pajjiż tal-UE involut qabel ma tkun tista' tidħol fis-seħħ. Normalment dan isir permezz ta' nutar jew ta' qorti. Wara li jiġi ċċekkjat li kollox hu kif suppost dawn joħorġu ċertifikat ta' qabel il-fużjoni.

Ladarba jinħareġ iċ-ċertifikat ta' qabel il-fużjoni, il-fużjoni tkun tista' titlesta; sakemm il-kumpaniji involuti jkunu approvaw l-abbozz tat-termini komuni. Imbagħad l-awtorità rilevanti - fil-pajjiż fejn se tinħoloq u tiġi rreġistrata l-kumpanija ġdida - għandha tiċċekkja l- legalità tal- formazzjoni tal-kumpanija l-ġdida.

Biex issib l-awtorità tal-kompetizzjoni rilevanti f'kull pajjiż, jekk jogħġbok uża l-lista hawn taħt.

Agħżel pajjiż:

  • L-AwstrijaDeutschEnglish
  • Il-BelġjufrançaisNederlandsEnglish
  • Il-BulgarijaбългарскиEnglish
  • Il-KroazjahrvatskiEnglish
  • ĊipruΕλληνικάEnglish
  • Ir-Repubblika ĊekačeštinaEnglish
  • Id-DanimarkaDanskEnglish
  • L-EstonjaEestiEnglish
  • Il-FinlandjasuomiEnglish
  • FranzaEnglish
  • Il-ĠermanjaDeutschEnglish
  • Il-Greċja
  • L-UngerijamagyarEnglish
  • L-IrlandaEnglish
  • L-ItaljaitalianoEnglish
  • Il-LatvjaбългарскиLietuviųfrançaisčeštinaromânăΕλληνικάespañolDeutschEestiitalianoportuguêsmagyarpolskihrvatskiLatviešusuomiSlovenščinaSlovenčinasvenskaNederlandsDanskEnglish
  • Il-LitwanjaEnglish
  • Il-Lussemburgufrançais
  • MaltaEnglish
  • In-NetherlandsNederlandsEnglish
  • In-NorveġjaEnglish
  • Il-PolonjaEnglish
  • Il-PortugallportuguêsEnglish
  • Ir-RumanijaromânăEnglish
  • Is-SlovakkjaSlovenčinaEnglish
  • Is-SlovenjaSlovenščinaEnglish
  • SpanjaEnglish
  • L-IżvezjasvenskaEnglish
  • Ir-Renju UnitEnglish

Id-dħul fis-seħħ

L-istess awtorità kompetenti fil-pajjiż fejn il-kumpanija akkwirenti jew ġdida hi rreġistrata mbagħad tiddeċiedi d-data meta tkun se ssir il-fużjoni.

Hi r-responsabbiltà ta' kull kumpanija involuta li tippubblika l-informazzjoni dwar il-fużjoni fuq ir- reġistru pubbliku nazzjonali tagħha. Ir-reġistrazzjonijiet il-qodma tal-kumpanija jistgħu mbagħad jiġu mħassra.

Il-parteċipazzjoni kontinwa tal-persunal

Bħala regola ġenerali — jekk int akkwirent/il-kumpanija ffurmata ġdida — il-futur tal-parteċipazzjoni tal-persunal fil-kumpanija tiegħek hu ddeterminat mir-regoli tal-pajjiż tal-UE fejn il-kumpanija tiegħek hija rreġistrata.

Il- parteċipazzjoni tal-persunal fil-kumpanija akkwirenti/iffuramta ġdida ma tistax tiġi ggarantita mil-liġi nazzjonali jekk:

  • ebda garanzija ma tista' tingħata għall-istess livell ta' parteċipazzjoni tal-persunal li kien hemm fil-kumpaniji akkwistati
  • tal-anqas waħda mill-kumpaniji involuti fil-fużjoni kellha medja ta' iktar minn 500 impjegat fis-6 xhur qabel il-pubblikazzjoni tal-abbozz tat-termini komuni.

Il-fużjonijiet għall-kumpaniji l-kbar

Jekk il-fatturat tan-negozji magħqudin hu ikbar minn ċerti ammonti speċifikatiEnglish kemm madwar id-dinja kif ukoll fi ħdan l-UE, għandek titlob l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea - irrispettivament minn fejn hi bbażata l-kumpanija tiegħek. Il-Kummissjoni teżamina l-impatt tal-fużjoni propostaEnglish fuq il-kompetizzjoni fl-UE. Jekk il-fużjoni tiġi meqjusa bħala li tirrestrinġi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni din tiġi miċħuda. Xi drabi l-fużjonijiet huma approvati b'ċerti kundizzjonijiet mehmuża, pereżempju, jistgħu jimpenjaw ruħhom li jbigħu parti min-negozju magħqud, jew li jagħtu liċenzja tat-teknoloġija lil attur ieħor fis-suq.

Konsultazzjonijiet pubbliċi

Ikkuntattja msieħeb tal-appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Appoġġ għan-negozji lokali

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja msieħeb tal-appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn. Biex tgħin lill-konsulent fiż-żona lokali tiegħek jirrispondi fil-ħin u b’mod korrett, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni kollha possibbli.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

IvaLE

Ċipru

Nicosia

Franza

Blagnac Cedex

Caen

Dijon

Guadeloupe, Martinique

Lille

Lyon

Paca

Paris, Ile-de-France, Centre, Nouvelle-Calédonie, Polynésie

Rennes

Saint-Denis

Id-Danimarka

Copenhagen

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Sofia

Il-Finlandja

Helsinki

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Erfurt

Hannover

Kiel

Leipzig

Magdeburg

Mainz

Mülheim an der Ruhr

München

Rostock

Stuttgart

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Oslo

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Praha

Ir-Rumanija

Baciu Cluj

Bucuresti

Constanta

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Is-Slovenja

Ljubljana

Iżlanda

Reykjavík

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Stockholm

L-Italja

Firenze (Toscana, Umbria, Marche)

Milano (Lombardia, Emilia Romagna)

Napoli (Abruzzo, Calabria, Campania, Basilicata, Molise, Puglia, Sicilia)

Roma (Lazio, Sardegna)

Torino (Piemonte, Liguria, Valle d’Aosta)

Venezia (Veneto, Trentino Alto Adige, Friuli Venezia Giulia)

L-Ungerija

Budapest

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.