Indikazzjonijiet ġeografiċi

Jekk il-prodott tiegħek għandu oriġini ġeografika speċifika u reputazzjoni - kwalità partikolari jew karatteristiċi oħrajn ta' prodott li huma attribwiti lilu b'mod essenzjali - tista' tipproteġih b'indikazzjoni ġeografika (IĠ).

L-indikazzjonijiet ġeografiċi jipproteġu:

  • il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
  • ix-xorb spirituż
  • l-inbejjed
  • l-inbejjed aromatizzati

Id-drittijiet tiegħek taħt protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika

L-indikazzjonijiet ġeografiċi jipproteġu l-prodotti tiegħek kontra l- użu ħażin jew l- imitazzjoni ta' isem reġistrat u jiggarantixxu l-oriġini vera tal-prodott lill-klijenti tiegħek. Dawn ir-regoli jiżguraw li int u l-produtturi kollha f'erja ġeografika partikolari jkollkom drittijiet kollettivi fuq il-prodott, sakemm jintlaħqu ċertu rekwiżiti.

Spjegazzjoni tal-iskemi ta' kwalità

Skont l-iskemi ta' kwalità tal-UE, l-ismijiet tal-prodotti li għalihom hemm rabta intrinsika bejn il-kwalitajiet jew il-karatteristiċi tal-prodott u l- oriġini ġeografika bg cs da de el en es fi fr hr hu it lt lv nl pl pt ro sk sl sv huma protetti Hemm:

  • Denominazzjonijiet ta' oriġini protetta (DOP) għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, u għall-inbejjed
  • Indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel u l-inbejjed
  • Indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) għax-xorb spirituż u l-inbejjed aromatizzati

Skopri aktar dwar l- iskemi ta' kwalità tal-UE bg cs da de el en es fi fr hr hu it lt lv nl pl pt ro sk sl sv .

Ikkonsulta l- lista ta' ismijiet tal-prodotti li jew applikaw għall-protezzjoni jew li issa huma reġistrati bħala DOP, IĠP jew IĠ.

Kif tirreġistra għal protezzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika

Ara kif tirreġistra l-isem tal-prodott tiegħek taħt skema ta' kwalità tal-UE.

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Helpdesk tal-Proprjetà Intellettwali (PI)

Il-Helpdesk Ewropew tal-PI jappoġġa lill-SMEs u l-attivitajiet ta’ riċerka transfruntiera biex jiġġestixxu, ixerrdu u jivvalorizzaw it-teknoloġiji u d-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (DPI) u l-assi tal-PI fil-livell tal-UE.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 08/03/2024
Ikkondividi din il-paġna