L-aħħar verifika: 12/06/2019

Użu, ħżin u trasferiment tad-data

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Inti - bħala individwu, negozju jew organizzazzjoni - għandek id-dritt li tuża, tiġbor, taħżen, tittrasferixxi jew timmaniġġja data mhux personali u li tuża ċentri tad-data jew servizzi tal-cloud kullimkien fl- UE.

Dan jista' jgħinek tevita kull duplikazzjoni potenzjali tal-ispejjeż; pereżempju, tista' tiċċentralizza l-infrastruttura tal-IT tiegħek f'pajjiż tal-UE wieħed, anki jekk taħdem f'diversi pajjiżi.

X'inhi d-data mhux personali?

Id-data mhux personali hi informazzjoni li ma tistax tiġi llinkjata ma' persuna identifikata jew identifikabbli, bħal data:

Data personali u settijiet ta' data mħallta

Ir-regoli għat-trattament tad-data personali huma differenti minn dawk għal data mhux personali. Tista' taqra aktar dwar id-data personali u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fuq il- paġna tal-GDPR.

Id-data personali u mhux personali ta' spiss jinġabru u jinħażnu flimkien; din hija magħrufa bħala data mħallta. Jekk timmaniġġja settijiet ta' data mħallta, japplika l-istess livell ta' protezzjoni bħal għad-data personali. Sib iktar informazzjoni dwar is- settijiet ta' data mħallta u kif timmaniġġjahom

Tista' tuża u taħżen id-data tan-negozju tiegħek kullimkien fl-UE fuq is-servizzi tal-cloud

Minbarra l-każijiet eċċezzjonali spjegati hawn taħt, tista' tagħżel il-post fejn tinħażen jew tiġi pproċessata d-data.

Jekk tuża servizz tal-cloud biex taħżen id-data tiegħek, għandek tkun tista' tibdel faċilment lill-fornituri tas-servizzi tal-cloud, jew tgħaddi d-data lura internament lejn is-sistema tal-IT tiegħek stess.

Restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu ta' data fl-UE

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jirrestrinġu l-post ta' ċerta data, iżda biss jekk dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika, pereżempju, meta d-data tkun relatata ma' investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin kontra t-terroriżmu, jew meta t-telf tad-data jista' jkun ta' riskju għal aċċident kbir tat-traffiku (bħal fil-każ tad-data dwar il-kontroll tat-traffiku tal-ajru).

Iċċekkja jekk il-pajjiż li int ibbażat fih, jew fejn beħsiebek tespandi n-negozju tiegħek, għandux xi restrizzjonijiet dwar il-ħżin ta' data barra mill-pajjiż.

Il-kondiviżjoni tad-data mal-awtoritajiet kompetenti

Għandek tagħmel id-data disponibbli jekk awtorità kompetenti tagħmel talba leġittima biex taċċessa d-data tiegħek, anki jekk id-data tkun immaniġġjata jew maħżuna f'pajjiż ieħor tal-UE. Jistgħu jinħarġu penali għal nuqqas ta' konformità skont il-liġi nazzjonali.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Choose country

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Ikkondividi din il-paġna: