L-aħħar verifika: 13/02/2019

L-Ekotikketta tal-UE

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Jekk tipproduċi prodotti li għandhom aspetti ambjentali li jispikkaw jistgħu jikkwalifikaw biex jingħataw l- Ekotikketta tal-UE. Illum, aktar minn 37,000 prodott mibjugħ fis-suq tal-UE għandhom l-Ekotikketta tal-UE, li jfisser li dawn jikkonformaw ma' kriterji ekoloġiċi rigorużi.

Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE huma definiti għal għadd kbir ta' gruppi ta' prodotti. Ara jeżistux għall-prodott tiegħek en .

Benefiċċji

L-Ekotikketta tal-UE:

Kif tapplika?

Hemm proċess ta' applikazzjoni b'7 passi en . It-tikketta tingħata mill- organizzazzjoni nazzjonali rilevanti en (Entità Kompetenti) li tiċċekkja l-applikazzjoni tiegħek.

Tariffi

Tariffa ta' darba u tariffa annwali għandha titħallas lill-Entità Kompetenti li tipproċessa l-applikazzjoni.

It-tariffa għall-applikazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE hi:

Tnaqqis ta' 30% għal kumpaniji rreġistrati mal-EMAS jew tnaqqis ta' 15% għal kumpaniji ċertifikati taħt l-ISO 14001. It-tnaqqis mhux kumulattiv u l-ogħla tnaqqis biss japplika fil-każ li jkunu applikabbli ż-żewġ sistemi.

It- tariffa annwali massima biex tintuża l-Ekotikketta hi limitata għal:

It-tariffa annwali tista' tkun tariffa b'rata fissa jew tariffa bbażata fuq il-valur tal-bejgħ annwali fl-UE tal-prodott li jkun ingħata l-Ekotikketta tal-UE. Meta t-tariffa annwali tiġi kkalkulata bħala perċentwal tal-valur tal-bejgħ annwali, ma għandhiex tkun iżjed minn 0,15 % ta' dak il-valur. Fil-każ ta' SMEs, mikrointrapriżi jew applikanti minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, it-tariffa annwali għandha titnaqqas b'mill-inqas 25%.

Suġġetti relatati

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Appoġġ għan-negozji lokali - Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Ikkondividi din il-paġna: