L-aħħar verifika: 30/01/2019

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Mit-30 ta’ Marzu 2019, il-liġi kollha tal-UE mhux se tapplika aktar għar-Renju Unit, sakemm ftehim ta’ rtirar ratifikat ma jistabbilixxix data oħra, jew il-Kunsill Ewropew u r-Renju Unit jiddeċiedu b’mod unanimu li jestendu l-perjodu ta’ sentejn ta’ negozjati. Għal aktar informazzjoni dwar ir-riperkussjonijiet legali għan-negozji:

Hemm ċerti prodotti li jridu jikkonformaw ma' rekwiżiti minimi relatati mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Dawn jissejħu rekwiżiti tal-ekodisinn u l-għan huwa li jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott.

Qabel ma tpoġġi dan it-tip ta' prodott fis-suq tal-UE trid tiżgura li jikkonforma ma' dawn ir-regoli.

It-tipi ta' prodott koperti bħalissa minn dawn ir-regoli huma dawk li jużaw l-enerġija (bojlers, kompjuters, apparat domestiku, eċċ.). Tista' tara l-lista sħiħa hawn taħt.

Prodotti li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ekodisinn

Prodotti tad-dawl domestiċi u tal-industrija tas-servizzi

  • Lampi direzzjonali u mhux direzzjonali (inkluż ir-radjazzjoni ultravjola)
  • Bozoz fluworexxenti (mingħajr ballast integrata)
  • Bozoz bi skariku ta' intensità għolja
  • Ballasts u fanali li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip

Apparati elettriċi

  • Kompjuters u servers
  • Konsols tal-logħob
  • Kaxxi set-top sempliċi/kumplessi
  • Standby għal tagħmir imqabbad ma' netwerk
  • Televixins

Apparat domestiku

  • Kukers
  • Magni għall-ħasil tal-platti
  • Friżi
  • Refriġeraturi
  • Magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ
  • Magni għall-ħasil tal-ħwejjeġ
  • Vacuum cleaners

Apparat ta' tisħin u tkessiħ

  • Kundizzjonaturi tal-arja
  • Ħiters
  • Fannijiet tad-dar
  • Ħiters
  • Fannijiet industrijali
  • Ħiters tal-post lokali
  • Ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi
  • Bojlers tal-fjuwils solidi
  • Unitajiet tal-ventilazzjoni
  • Ħiters tal-ilma

Prodotti oħrajn

  • Ċirkolaturi
  • Muturi tal-elettriku
  • Modalità standby u modalità mitfija tal-konsum tal-forza elettrika
  • Apparat estern għall-provvista tal-energija
  • Tagħmir tal-immaġini
  • Tansformers tal-elettriku
  • Refriġerazzjoni professjonali
  • Pompi tal-ilma

Jekk tixtieq taqra dwar Regolamenti tal-Ekodisinn speċifiċi għall-prodott tista' ssib il-links fit-taqsima ta' referenza f'qiegħ il-paġna.

Tipi ta' Rekwiżiti

Hemm żewġ tipi ta' rekwiżiti previsti fid-Direttiva dwar l-Ekodisinn.

Rekwiżiti speċifiċi

Ir-rekwiżiti speċifiċi huma meta jitkejlu valuri preċiżi u jingħata limitu. Pereżempju, il-konsum massimu tal-enerġija, jew kwantitajiet minimi ta' materjal riċiklat li jintuża fil-produzzjoni.

Rekwiżiti ġeneriċi

Ir-rekwiżiti ġeneriċi ma jistabbilixxux valuri ta' limitu, iżda jistgħu jirrikjedu li:

L-introduzzjoni ta' rekwiżiti minimi ġodda jistgħu jsarrfu fi projbizzjoni ta' prodotti mhux konformi milli jinbiegħu f'pajjiżi tal-UE. Eżempju ta' dan huma l-bozoz tal-filament, li ġew imneħħija gradwalment mill-2009.

Standards Armonizzati

L-istandards armonizzati huma regoli li ġew adottati mill-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni ( CENELECen u CEN).

L-użu ta' standards armonizzati jgħin biex ikun hemm preżunzjoni ta' konformità. Dan ifisser li l-prodotti jitqiesu li huma konformi mar-rekwiżiti koperti mill-miżuri implimentattivi, meta jiġu ttestjati bl-użu ta' standard armonizzat.
 

Qed jiġu prodotti gradwalment standards armonizzati tal-UE addizzjonali biex ikunu ta' appoġġ għall-miżuri tal-ekodisinn adottati s'issa.

Punti ta' kuntatt nazzjonali

Tista' tikkuntattja l- punti ta' kuntatt nazzjonalien , responsabbli mill-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn fuq livell nazzjonali, għal aktar informazzjoni.

Suġġetti relatati

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Punti ta' kuntatt nazzjonali tal-ekodisinnen

Informazzjoni dwar id-direttiva, il-miżuri implimentattivi u l-istandards armonizzati f'pajjiżi speċifiċi.

Appoġġ għan-negozji lokali - Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Ikkondividi din il-paġna: