Ħajja u vjaġġar
L-aħħar verifika: 21/05/2019

Il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi kimiċi

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Jekk tforni kwalunkwe kimiċi perikolużi fiż-ŻEE, għandek tikkonforma mar- Regolament dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ. Dan jikkomplementa r- Regolament REACH u jiżgura li l-perikli tal-kimiċi huma kkomunikati b'mod ċar lill-ħaddiema u lill-konsumaturi permezz ta' pittogrammi u stqarrijiet standard fuq it-tikketti u l-iskedi ta' dejta dwar is-sikurezza.

Is-sistema l-ġdida għall-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ (CLP) daħlet fis-seħħ fl- 1 ta' Ġunju 2015. In-negozji kollha li jfornu sustanzi kimiċi perikolużi fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) għandhom jikkonformaw.

Jekk ma tantx taf dwar il-liġijiet tal-UE dwar il-kimiċi, agħti daqqa t'għajn lejn il- Gwida għas-sikurezza kimika għan-negozji żgħar u ta' daqs medju. Trid tqis il-proċessi assoċjati ma' REACH u l-leġiżlazzjoni dwar il- bijoċidi u l- pestiċidi, jekk japplikaw, meta tippjana proċeduri tas-CLP.

Sustanzi kimiċi perikolużi

Qabel ma tqiegħed sustanzi jew taħlitiet ta' sustanzi simili fis-suq, għandek

Jekk tqiegħed sustanzi perikolużi fis-suq (waħedhom jew imħalltin ma' sustanzi oħrajn), għandek tinnotifika l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tagħhom lill- Inventorju tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar stabbilit mill-Aġenzji Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA). In-notifiki huma bla ħlas, u għandhom jintbagħtu fi żmien xahar mit-tqegħid fis-suq tas-sustanza/ tat-taħlita għall-ewwel darba. Jekk int importatur, id-data ta' għeluq tibda tgħodd mill-jum meta sustanza (jew taħlita ta' sustanzi) tidħol fit-territorju doganali tal-UE.

Kif tikklassifika, tagħmel tikketta u imballaġġ għas-sustanzi kimiċi

Minn Ġunju 2015 għandek issegwi żewġ regoli:

Id-data ta' għleuq għal tikkettar u imballaġġ ġdid għat-taħlitiet li ilhom fuq l-ixkafef qabel Ġunju 2015 hija l-1 ta' Ġunju 2017.

Kif tikkonforma mar-Regolament tas-CLP (Klassifikazzjoni, Tikkettar u Imballaġġ)

Ir-Regolament dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ (CLP) japplika għal firxa wiesgħa ta' kumpaniji:

L- obbligi tiegħek jiddependu mir- rwol tiegħek fil-katina tal-provvista.

L-UE inkorporat ir-regoli dinjin ġodda (Sistema Globalment Armonizzata - GHS) żviluppati min-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolament dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ. L-għan tagħhom hu li l-kummerċ globali jsir iktar faċli u jgħinu lill-konsumaturi.

Suġġetti relatati

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Punt ta' Kuntatt tal-Prodott

Il-Punt ta’ Kuntatt tal-Prodott tiegħek jista’ jinfurmak dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prodott u jgħinek fl-aċċess għal suq nazzjonali ieħor fl-UE.

Ħelpdesks nazzjonali għal sustanzi kimiċi

Il-ħelpdesks nazzjonali huma l-ewwel punt ta’ kuntatt għal mistoqsijiet dwar l-obbligi tiegħek skont ir-Regolamenti REACH u s-CLP.

Appoġġ għan-negozji lokali - Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Ikkondividi din il-paġna: