Programmi ta’ finanzjament tal-UE

L-UE għandha diversi programmi ta’ finanzjament bħal Orizzont Ewropa en għar-riċerka u l-innovazzjoni li tkun tista’ tapplika għalihom, skont in-natura tan-negozju jew il-proġett tiegħek. Hemm żewġ tipi differenti: finanzjament dirett u finanzjament indirett.

Finanzjament dirett

Tista’ tapplika għal għotjiet u kuntratti mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti en jew fis-sit web tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija en .

Għotjiet

L-għotjiet jingħataw lil proġetti speċifiċi b'rabta mal-politiki tal-UE, normalment wara avviż pubbliku magħruf bħala sejħa għall-proposti.

Kuntratti

Il-kuntratti jinħarġu mill-istituzzjonijiet tal-UE għax-xiri ta' servizzi, oġġetti jew xogħlijiet li jkollhom bżonn għall-operazzjonijiet tagħhom – bħal studji, taħriġ, organizzazzjoni ta' konferenzi jew tagħmir tal-IT.

Finanzjament indirett

Il-finanzjament indirett huwa mmaniġġjat mill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u jinkludi kważi 80% tal-baġit tal-UE, permezz tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jew il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Applika għal finanzjament

Tista’ tapplika wkoll għal self u finanzjament ta’ ekwità appoġġjati mill-UE fit-taqsima Aċċess għall-Finanzi. Aqra aktar dwar kif jaħdem il-finanzjament tal-UE en .

Tista’ taċċessa l-għotjiet tal-UE, billi tapplika permezz tal-awtoritajiet reġjonali jew nazzjonali rilevanti (magħrufin bħala l-awtoritajiet maniġerjali) fl-Istat Membru fejn inti rreġistrat. Skopri aktar billi tagħżel pajjiżek hawn taħt:

Għandek bżonn għajnuna jew parir

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 22/02/2024
Ikkondividi din il-paġna