L-aħħar verifika : 22/11/2018

Aċċess għall-finanzi

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Mit-30 ta’ Marzu 2019, il-liġi kollha tal-UE mhux se tapplika aktar għar-Renju Unit, sakemm ftehim ta’ rtirar ratifikat ma jistabbilixxix data oħra, jew il-Kunsill Ewropew u r-Renju Unit jiddeċiedu b’mod unanimu li jestendu l-perjodu ta’ sentejn ta’ negozjati. Għal aktar informazzjoni dwar ir-riperkussjonijiet legali għan-negozji:

Dan is-sit se jgħinek tapplika għal self u kapital ta' riskju appoġġjati mill-Unjoni Ewropea.

Agħżel pajjiżek biex tfittex opportunitajiet finanzjarji.

Kif jaħdem

Min hu eliġibbli għal finanzjament tal-UE?

Il-finanzjament tal-UE hu disponibbli għat-tipi kollha ta' kumpaniji ta' kull daqs u minn kull settur inklużi intraprendituri, negozji ġodda, mikrokumpaniji, intrapriżi żgħar u medji, u negozji akbar. Firxa wiesgħa ta' finanzjament hija disponibbli: self tan-negozju, mikrofinanzjament, garanziji u kapital ta' riskju. Kull sena l-UE tappoġġja aktar minn 200,000 negozju.

Kif jaħdem

Id- deċiżjoni favur finanzjament tal-UE ssir mill-istituzzjonijiet finanzjarji lokali bħal banek, investituri ta' kapital ta' riskju jew investituri informali. Permezz tal-appoġġ mill-UE, l-istituzzjonijiet finanzjarji lokali jistgħu jipprovdu finanzjament addizzjonali lin-negozji.

Il-kundizzjonijiet preċiżi ta' finanzjament - l-ammont, it-tul ta' żmien, ir-rati tal-imgħax u t-tariffi - jiġu deċiżi minn dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji. Tista' tikkuntattja lil waħda fost aktar minn 1,000 istituzzjoni finanzjarja biex issir taf aktar.

Id-dritt tiegħek għal rispons dwar il-kreditu

Inti għandek id-dritt tirċievi rispons mill-istituzzjonijiet ta' kreditu dwar id-deċiżjoni tagħhom. Dan jista' jgħinek tifhem il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek, kif ukoll ittejjeb il-possibbiltajiet tiegħek li tikseb finanzjament fil-ġejjieni. Uża d-dritt tiegħek u rreferi għall-Artikolu 431 tar-Regolament tal-UE dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital.

Fondi tal-UE

Il-Programm COSME

  • Garanziji għal intrapriżi żgħar u medji għal self li normalment jammonta sa EUR 150,000
  • Ekwità (l-istadju tat-tkabbir u l-espansjoni).

Il-Programm InnovFinfrdeen (Orizzont 2020)

  • Self u garanziji għal negozji innovattivi.
  • Finanzjament għal proġetti ta' riċerka u żvilupp.
  • Ekwità (fażi bikrija u tal-bidu).

L-istrument għall-SMEsen joffri finanzjament u appoġġ ta' kowċing lil SMEs innovattivi (Fażi 1: Kunċett u Fattibbiltà, Fażi 2: Dimostrazzjoni, Replikazzjoni tas-Suq u R&Ż, Fażi 3: Kummerċjalizzazzjoni).

Ewropa Kreattivaen

  • Self għal intrapriżi żgħar u medji fis-setturi kulturali u kreattivi.

Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI)

  • Mikroself sa EUR 25,000 għal mikrointrapriżi u persuni vulnerabbli li jixtiequ jistabbilixxu jew jiżviluppaw mikrokumpanija
  • Investimenti sa EUR 500 000 għall-intrapriżi soċjali.

Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropejfrdeen (Fondi SIE)

  • Self, garanziji, finanzjament ta' ekwità jew għotjiet għan-negozji.

L-appoġġ huwa pprovdut mill-programmi multiannwali kkofinanzjati mill-UE.

Il-Bank Ewropej tal-Investimentdefrplen u l- Fond Ewropej tal-Investimenten

  • Self tan-negozju, mikrofinanzjament, garanziji u kapital ta' riskju.

Suġġetti relatati

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkuntattja msieħeb tal-appoġġ għan-negozji lokali

Appoġġ għan-negozji lokali - Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Ikkondividi din il-paġna: