Ħajja u vjaġġar
L-aħħar verifika: 12/04/2019

Il-kontabbiltà għan-negozji żgħar u mikro

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Inti mitlub bil-liġi li żżomm il-kontijiet annwali. Kumpaniji b'responsabbiltà limitata ta' kwalunkwe daqs li jagħmlu negozju fl-UE (F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja), għandhom iħejju sett ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji u jiffajljawhom fir-reġistru kummerċjali nazzjonali rilevanti.

Jekk taħdem għal rasek, jew jekk tmexxi kumpanija b'responsabbiltà mingħajr limitu, bħal propjenza-unika jew soċjetà ġenerali, in-negozju tiegħek mhuwiex regolat mir-regoli tal-UE. F'dawn il-każijiet, għandek tiċċekkja r-regoli nazzjonali mal-awtoritajiet fil-pajjiż tal-UE fejn hu stabbilit in-negozju tiegħek.

Regoli sempliċi għan-negozji ż-żgħar

Jekk tmexxi kumpanija żgħira (mhux aktar minn 50 impjegat), fil-biċċa l-kbira tal-każijiet tkun teħtieġ biss li tipprovdi dikjarazzjonijiet finanzjarji li jikkonsistu minn karta tal-bilanċi, kont tal-profitti u t-telf, u noti ta' spjegazzjoni bażiċi. Xi pajjiżi tal-UE jistgħu jeħtieġu verifika u rapport mill-maniġment.

Regoli sempliċi ħafna għall-mikrointrapriżi

Negozju jitqies bħala mikrokumpanija jekk jikkonforma ma' mill-inqas tnejn mill-kriterji li ġejjin fuq sentejn konsekuttivi (f'xi każijiet il-pajjiżi tal-UE jistgħu jiffissaw limiti aktar baxxi):

Skont il-pajjiż tal-UE fejn hi stabbilita l-kumpanija tiegħek, ir-regoli sempliċi ħafna għall-mikrointrapriżi jistgħu jinkludu dan li ġej:

Il-pajjiżi tal-UE li attwalment japplikaw regoli ta' kontabbiltà simplifikati

(Tabella aġġornata l-aħħar Marzu 2019)

Pajjiż tal-UE Kontijiet simplifikati u l-għoti ta' xi eżenzjonijiet mill-obbligi ta' rappurtar lill-kumpaniji mikro u/jew lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju
L-Awstrija Ivade
Il-Belġju Iva
Il-Bulgarija Iva
Il-Kroazja Iva
Ċipru Iva
Iċ-Ċekja Le

Id-Danimarka

Le
L-Estonja Le
Il-Finlandja Le
Franza Iva
Il-Ġermanja Iva
Il-Greċja -
L-Ungerija Iva (negozji mikro)hu
L-Iżlanda Iva
L-Irlanda Iva
L-Italja Iva
Il-Latvja -
Il-Litwanja Iva
Il-Lussemburgu Iva
Malta Iva
In-Netherlands Le
In-Norveġja Iva
Il-Polonja Iva
Il-Portugall Ivaen
Ir-Rumanija Iva
Is-Slovakkja Iva
Is-Slovenja -
Spanja Iva (negozji mikro)
L-Iżvezja Le
Ir-Renju Unit Ivaen

Suġġetti relatati

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Ikkondividi din il-paġna: