Hawn taħt għandek issib tweġibiet għall-mistoqsijiet l-aktar frekwenti dwar Connecting Europe Express.
L-2021 hi s-Sena Ewropea tal-Ferroviji u #ConnectingEurope Express hu l-proġett ewlieni tagħna. Hu qed iqajjem kuxjenza dwar il-benefiċċji tal-ferroviji u l-isfidi li għad għandna bżonn negħlbu. Qed niffukaw ukoll fuq l-importanza tal-ippjanar u l-finanzjament tal-infrastruttura sostenibbli. Żur www.connectingeuropeexpress.eu għall-aħħar aġġornamenti.
Tista’ ssib l-informazzjoni kollha dwar il-waqfiet, l-avvenimenti u attivitajiet oħrajn fuq is-sit web tagħna. Jekk inti organizzatur ta' avveniment u l-avveniment tiegħek mhux elenkat, jekk jogħġbok ibgħat email lil info@connectingeuropeexpress.eu.
Il-biljetti mhumiex għall-bejgħ, iżda jekk jogħġbok għin sabiex tingħata merħba lill-#ConnectingEurope Express u ngħaqad ma’ wħud mill-avvenimenti u l-attivitajiet li jseħħu fi stazzjon qrib tiegħek, li jippermettu l-miżuri tal-COVID-19. Jekk jogħġbok iċċekkja regolarment is-sit web tagħna www.connectingeuropeexpress.eu jew segwina fuq Twitter @Transport_EU għall-aġġornamenti dwar kif għandek tirkeb il-ferrovija.
Il-ConnectingEurope Express se tinkludi tliet ferroviji differenti biex jiffittjaw il-qisien differenti użati fl-UE. Hi tfakkira tan-nuqqas ta’ interoperabbiltà bejn xi partijiet tan-network ferrovjarju tal-UE, iżda turi wkoll il-kooperazzjoni eċċellenti bejn il-partijiet ikkonċernati ferrovjarji. Żur is-sit web tagħna għal aktar informazzjoni.
Ma nsejniex l-Irlanda jew il-Finlandja! Aħna f’kuntatt mal-awtoritajiet nazzjonali f’kull pajjiż u dalwaqt se ninfurmawk aktar permezz tas-sit web tagħna www.connectingeuropeexpress.eu
Qed nistennew bil-ħerqa li nirċievu l-ideat kreattivi tagħkom u nistidnuk tibgħathom lil info@connectingeuropeexpress.eu