Navigation path

Left navigation

Additional tools


UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 17 ta' Lulju 2012

(OR. en)

12671/1/12 REV 1

PRESSE 341

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

Fil-25 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK1. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tinkludi persuni u entitajiet addizzjonali għal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif imniżżla fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, l-Islanda* u s-Serbja*, il-Pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-kandidat potenzjali l-Albanija, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova jallinjaw ruħhom ma' din id-deċiżjoni.

Huma ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.

1 :

Ippubblikata fis-26.06.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 165, p. 80.

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda għadha membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea


Side Bar