Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Kummissjoni tipproponi l-opportunitajiet tas-sajd fl-Atlantiku u fil-Baħar tat-Tramuntana għall-2019

Brussell, is-7ta' novembru 2018

Il-Kummissjoni llum qed tippreżenta l-proposta tagħha qabel il-laqgħa ta' Diċembru tal-Kunsill tas-Sajd, li fiha l-Istati Membri se jiftehmu dwar il-kwoti tas-sajd għas-sena d-dieħla.

Il-Kummissjoni tipproponi l-opportunitajiet tas-sajd fl-Atlantiku u fil-Baħar tat-Tramuntana għal 89 stokk ta' ħut: għal 62 mill-istokkijiet, il-kwota tas-sajd se tiżdied jew se tibqa' kif inhi, għal 22 minnhom se titnaqqas, u għal 5 minnhom il-Kummissjoni qed tipproponi kwoti ġodda f'livell baxx għall-qabdiet aċċessorji biex titnaqqas il-pressjoni tas-sajd. L-opportunitajiet tas-sajd, jew il-Qabdiet Totali Permissibbli (it-TAC, jew Total Allowable Catches), huma kwoti li jiġu stabbiliti għall-biċċa l-kbira tal-istokkijiet tal-ħut kummerċjali li jżommu l-istokkijiet f'saħħithom filwaqt li jippermettu li l-industrija tas-sajd tipprofitta mis-sajd tal-ogħla ammont ta' ħut. Billi d-daqs ta' ċerti stokkijiet ewlenin tal-ħut qed jiżdied, l-iktar fil-każ tal-iskampu fi Skagerak/Kattegat, tal-merluzz tat-Tramuntana u tas-sawrell tan-Nofsinhar, qiegħda tiżdied ukoll il-profittabbiltà tas-settur tas-sajd, u għall-2018, ġie stmat li kien hemm qligħ ta' EUR 1.4 biljun f'dan is-settur.

Karmenu Vella, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, qal: “Is-sena d-dieħla se tkun waħda importanti għas-sajd Ewropew. Id-dmir tagħna lkoll huwa li niżguraw li ssir tranżizzjoni tajba għall-obbligu ta' ħatt l-art kollu, mill-1 ta' Jannar 2019, filwaqt li nkomplu mixjin biex niksbu s-sajd sostenibbli sal-2020. B'din il-proposta l-Kummissjoni qiegħda toffri soluzzjonijiet konkreti biex isir avvanz f'dawn iż-żewġ aspetti.”

Sabiex tintemm il-prattika ħalja tal-iskartar tal-ħut, se jibda japplika bis-sħiħ l-obbligu ta' ħatt l-art sa mill-1 ta' Jannar 2019 għall-flotot kollha tal-UE. Dan ifisser li l-qabdiet kollha tal-ispeċijiet kummerċjali tal-ħut irregolati li jitgħabbew abbord (anki l-qabdiet aċċessorji) se jkollhom jinħattu l-art u jingħaddu fil-kwota rispettiva ta' kull Stat Membru. Fil-proposta tal-lum, il-Kummissjoni diġà naqset l-ammonti li jikkorrispondu mal-eżenzjonijiet mill-obbligu ta' ħatt l-art miftehmin, mill-ammonti tal-qabdiet mogħtija fil-parir xjentifiku.

Wieħed jinnota li sar progress kbir fil-qasam tas-sajd sostenibbli fl-UE: illum il-ġurnata hemm 53 stokk mistada fil-livelli tar-rendiment massimu sostenibbli (l-MSY, jew Maximum Sustainable Yield) meta nqabblu mal-2009, fejn kien hemm 5 stokkijiet biss, u mal-2017, fejn kien hemm 44. Dan ifisser li l-pressjoni tas-sajd fuq l-istokk ikun limitat għal livell li jippermetti li 'l quddiem il-bijomassa tal-istokk tibqa' f'saħħitha u fl-istess ħin qegħdin jitqiesu l-fatturi soċjoekonomiċi. Il-Kummissjoni qiegħda taħdem mal-Istati Membri biex tgħin lis-sajjieda jilħqu l-mira li jistadu l-istokkijiet kollha tal-ħut f'livelli sostenibbli sal-2020, kif hemm stabbilit fil-Politika Komuni tas-Sajd.

Il-proposta tal-lum se titressaq lill-Istati Membri waqt il-laqgħa ta' Diċembru tal-Kunsill tas-Sajd li se ssir fl-17 u fit-18 ta' Diċembru fi Brussell, biex dawn jiddiskutuha u jiddeċiedu dwarha, biex tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Dettalji tal-proposta

Il-Kummissjoni ssejjes il-proposta tagħha fuq il-parir xjentifiku li jagħti l-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES, jew l-International Council for the Exploration of the Sea), biex tintlaħaq ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut filwaqt li jitħares l-għajxien tas-sajjieda.

Din il-proposta tkopri l-istokkijiet amministrati mill-UE waħedha u l-istokkijiet li hija tamministra flimkien ma' pajjiżi terzi bħan-Norveġja jew permezz tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (l-RFMOs, jew ir-Regional Fisheries Management Organisations). In-negozjati internazzjonali għal ħafna mill-istokkijiet ikkonċernati għadhom għaddejjin u għal ċerti stokkijiet oħrajn għad irid jasal il-parir xjentifiku. Iċ-ċifri għal dawn l-istokkijiet se jiddaħħlu f'data aktar tard.

  • Iż-żidiet proposti: Għal 27 stokk, fosthom dawk ta':l-iskampu u l-barbun tat-tbajja' fi Skagerrak/Kattegat, il-merluzz tat-Tramuntana u s-sawrell tan-Nofsinhar, il-bakkaljaw, il-lingwata u l-barbun tat-tbajja' fil-Baħar Irlandiż, u l-lingwata u l-megrim fil-Golf tal-Biskalja, il-Kummissjoni qed tipproponi li jinżiedu l-qabdiet totali permissibbli.
  • L-istokkijiet li huwa propost li jibqgħu jiġu mistada fil-livelli tal-2018: hemm 35 stokk li se jinżammu fl-istess livell bħal tas-sena l-oħra.
  • It-tnaqqis propost: Qed jiġi propost tnaqqis għal 22 stokk, li fosthom, 12-il stokk se jkollu tnaqqis ta' inqas minn 20%. Għal 5 minn dawn l-istokkijiet, li huma l-bakkaljaw fil-Punent tal-Iskozja u l-bakkaljaw fil-Baħar Ċeltiku u fil-Golf tal-Biskalja jew l-Ilmijiet Iberiċi, il-merlangu fil-Punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż, u l-barbun tat-tbajja' fin-Nofsinhar tal-Baħar Ċeltiku u fl-Ilbiċ tal-Irlanda, ix-xjenzjati taw il-parir li tiġi stabbilita kwota (qabda totali permissibbli) ta' żero għall-2019. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tipproponi li ma jibqax permess li dawn l-istokkijiet ikunu fil-mira tas-sajd.
  • Il-livelli l-ġodda Proposti għall-qabdiet aċċessorji: Għal 5 stokkijiet li jinqabdu inċidentalment, qed tiġi proposta kwota ġdida baxxa għall-qabdiet aċċessorji biex titnaqqas il-pressjoni tas-sajd, soġġett għal xi kundizzjonijiet, fosthom li ssir id-dokumentazzjoni tal-qabdiet kollha (ara t-tabella 4). Dawn l-istokkijiet jinqabdu fis-sajd imħallat tal-whitefish.
  • Għall-ispnott tat-Tramuntana: il-Kummissjoni qed tipproponi għadd ta' miżuri għall-limiti ta' qbid (u mhux għall-qabdiet totali permissibbli) skont l-aħħar parir xjentifiku. Dawk il-miżuri jkunu jippermettu qabdiet akbar mill-bastimenti tas-sajd bis-snanar u x-xlief ta' 7 tunnellati (imqabbel mal-bastimenti ta' 5 tunnellati tal-2018) u “limitu tal-qabda” għas-sajd rikreattiv ta' ħuta waħda kuljum għal 7 xhur, din hija żieda fuq l-2018 meta dan il-limitu tal-qabda kien permess għal tliet xhur biss.

Għal aktar informazzjoni

Ara t-tabelli t'hawn taħt għad-dettalji dwar il-proposti tal-lum għall-Atlantiku u għall-Baħar tat-Tramuntana.

Qabdiet totali permissibbli u kwoti

Mistoqsijiet u tweġibiet dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-opportunitajiet tas-sajd fl-Atlantiku u fil-Baħar tat-Tramuntana għall-2019.

Il-parir xjentifiku: it-TACs proposti jqisu kif xieraq il-parir xjentifiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) u tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF, jew is-Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries).

Ġew ikkonsultati wkoll il-partijiet ikkonċernati, abbażi tad-dokument ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni

Il-pjanijiet ta' ġestjoni multiannwali

Mappa taż-żoni tas-sajd

Nota: It-tabelli t'hawn taħt jelenkaw biss l-istokkijiet tal-UE li mhumiex kondiviżi ma' pajjiżi terzi. Il-valuri kollha tal-qabdiet totali permissibbli huma mniżżlin f'tunnellati.

Iċ-ċifri finali tal-qabdiet totali permissibbli għall-2018 jirriflettu l-qabdiet totali permissibbli kollha stabbiliti mill-UE għal ċertu stokk wara li saru t-trasferimenti lill-pajjiżi terzi fejn japplika.

Tabella 1: L-istokkijiet li hemm proposta dwarhom biex tiżdied il-Qabda totali permissibbli (TAC)

Isem komuni

Isem Xjentifiku

Unità tat-TAC

It-TAC finali fl-2018

TAC 2019 (Proposta)

Il-bidla fit-TAC: 2018 - 2019 (Proposta)

Il-petriċa l-kbira

Lophiidae

8c, 9, 10, u 34.1.1 tas-CECAF

3 955

4 023

+2%

Il-linarda

Molva dypterygia

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5b, 6 u 7

10 463

11 778

+13%

L-imniefaħ

Caproidae

6, 7, 8

20 380

21 830

+7%

Il-bakkaljaw

Gadus morhua

7a

695

807

+16%

Il-merluzz tal-linja sewda

Melanogrammus aeglefinus

iż-żoni 6b, 12 u 14

5 163

10 469

+103%

Il-merluzz tal-linja sewda

Melanogrammus aeglefinus

7a

3 207

3 739

 

+17%

Il-merluzz

Merluccius merluccius

3a

3 136

 

4 286

 

+37%

Il-merluzz

Merluccius merluccius

2a u 4

3 653

4 994

+37%

Il-merluzz

Merluccius merluccius

5b, 6, 7, 12 u 14

62 536

79 762

+28%

Il-merluzz

Merluccius merluccius

8abde

42 460

 

52 118

+23%

Is-sawrell

Trachurus

2a, 4a; 6, 7a-c,7e-k, 8a, 8b, 8d u 8e 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

99 470

 

119 118

 

+20%

Is-sawrell

Trachurus

8c

16 000

18 858

+18%

Is-sawrell

Trachurus

9

55 555

 

94 017

 

+69%

il-lingwata ta' ħalq żgħir u l-barbun ilsien il-kelb

Microstomus kitt u Glyptocephalus cynoglossus

l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 4

6 391

7 874

+23%

Il-megrim

Lepidorhombus

l-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar tat-Tramuntana

2 526

2 887

+14%

Il-megrim

Lepidorhombus

7

12 310

18 132

+47%

Il-megrim

Lepidorhombus

8abde

1 218

1 704

+40%

Il-megrim

Lepidorhombus

8c, 9 u 10 u l-ilmijiet tal-Unjoni 34.1.1 tas-CECAF

1 387

1 872

+35%

L-iskampu

Nephrops

3a

11 738

19 424

+65%

Il-barbun tat-tbajja'

Pleuronectes platessa

3aS (Kattegat)

1 483

2 941

+98%

Il-barbun tat-tbajja'

Pleuronectes platessa

7a

1 793

3 075

+72%

Il-barbun tat-tbajja'

Pleuronectes platessa

7fg

511

1 608

+215%

Il-lingwata

Solea

3a

448

502

+12%

Il-lingwata

Solea

7a

40 t

414

+935%

Il-lingwata

Solea

7e

1 202

1 242

+3%

Il-lingwata

Solea

8ab

3 621

3 823

+6%

Il-barbun imperjali u l-barbun lixx

Psetta maxima u Scophthalmus rhombus

2a u 4

7 102

8 122

+14%

Tabella 2: L-istokkijiet mingħajr bidla fil-Qabda totali permissibbli (TAC)

Isem komuni

Isem Xjentifiku

Unità tat-TAC

It-TAC finali fl-2018

TAC 2019 (Proposta)

Il-bidla fit-TAC: 2018 - 2019 (Proposta)

Il-linarda

Molva dypterygia

2a, 4

53

53

0%

Il-linarda

Molva dypterygia

3a

8

8

0%

Il-bakkaljaw

Gadus morhua

6b Rockall

74

74

0%

L-arġentina silus

Argentina silus

1, 2

90

90

0%

L-arġentina silus

Argentina silus

3a, 4

1 234

1 234

0%

L-arġentina silus

Argentina silus

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5, 6 u 7

4 661

4 661

0%

Il-ħalibatt tal-Groenlandja

Reinhardtius hippoglossoides

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4; L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni 5b u 6

2 500

2 500

0%

L-aringi

Clupea harengus

6a (S), 7b, 7c

1 630

1 630

0%

L-aringi

Clupea harengus

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5b, 6b, u 6a (N)

4 170

4 170

0%

L-aringi

Clupea harengus

7ef

930

930

0%

Is-sawrell

Trachurus

4b, 4c, 7d

15 179

15 179

0%

Il-lipp

Molva molva

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2

36

36

0%

Il-lipp

Molva molva

3a

87

87

0%

Il-lipp

Molva molva

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5

33

33

0%

Il-lipp

Molva molva

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14

20 396

 

20 396

 

0%

L-iskampu

Nephrops

8c

2

2

0%

Il-mazzola griża

Squalus acanthias

1, 5, 6, 7, 8, 12 u 14

270

270

0%

Il-barbun tat-tbajja'

Pleuronectes platessa

5, 6, 12, 14

658

658

0%

Il-barbun tat-tbajja'

Pleuronectes platessa

7bc

74

74

0%

Il-barbun tat-tbajja'

Pleuronectes platessa

8c, 9 u 10 u ż-żona 34.1.1 tas-CECAF

395

395

0%

Il-pollakkju

Pollachius pollachius

5b, 6, 12, 14

397

397

0%

Il-pollakkju

Pollachius pollachius

7 fil-Baħar Irlandiż, fil-Baħar Ċeltiku u fil-Kanal Ingliż

12 163

12 163

0%

Il-pollakkju

Pollachius pollachius

8abde

1 482

1 482

0%

Il-pollakkju

Pollachius pollachius

8c

231

231

0%

Il-pollakkju

Pollachius pollachius

9, 10, u ż-żona 34.1.1 tas-CECAF

282

282

0%

Il-pollakkju iswed

Pollachius virens

7, 8, 9, 10 u ż-żona 34.1.1 tas-CECAF

3 176

3 176

0%

Il-lingwata

Solea

6

57

57

0%

Il-lingwata

Solea

7bc

42

42

0%

Il-lingwata

Solea

7hjk

382

382

0%

Il-lingwata

Solea

8cde, 9, 10 u ż-żona 34.1.1 tas-CECAF

1072

1072

0%

It-tusk

Brosme brosme

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2 u 14

21

21

0%

It-tusk

Brosme brosme

3a Kattegat, Skagerrak

31

31

0%

It-tusk

Brosme brosme

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 4

251

251

0%

It-tusk

Brosme brosme

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5, 6 u 7

4 130

4 130

0%

Il-merlangu

Merlangius merlangus

8

2 540

2 540

0%

Tabella 3: L-istokkijiet li hemm proposta dwarhom biex titnaqqas il-Qabda totali permissibbli (TAC)

Isem komuni

Isem Xjentifiku

Unità tat-TAC

It-TAC finali fl-2018

TAC 2019 (Proposta)

Il-bidla fit-TAC: 2018 - 2019 (Proposta)

Il-petriċa l-kbira

Lophiidae

7

33 516

32 999

-2%

Il-petriċa l-kbira

Lophiidae

8abde

8 980

 

8 371

-7%

Il-linarda

Molva dypterygia

L-ilmijiet internazzjonali taż-żona 12

286

229

-20%

Il-bakkaljaw

Gadus morhua

3aS (Kattegat)

630

476

-24%

Il-merluzz tal-linja sewda

Melanogrammus aeglefinus

7b-k, 8, 9, 10

6 910

5 937

-14%

Il-merluzz

Merluccius merluccius

iż-żoni 8c, 9 u 10 u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF

9 258

7 963

-14%

L-aringi

Clupea harengus

7a fil-Baħar Irlandiż

7 016

6 896

-2%

L-aringi

Clupea harengus

7ghjk fil-Baħar Ċeltiku fil-Lbiċ tal-Irlanda

10 127

4 742

-53%

Il-lipp

Molva molva

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 4

3 843

3 738

-3%

Il-megrim

Lepidorhombus

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5b, 6 u 14

5 432

5 363

-1%

L-iskampu

Nephrops

2a u 4

24 518

22 854

-7%

L-iskampu

Nephrops

9, 10

381

281

-26%

Il-barbun tat-tbajja'

Pleuronectes platessa

7de

10 360

10 116

-2%

Il-lingwata

Solea

2a u 4

15 684

12 247

-22%

Il-lingwata

Solea

7d

3 405

2 508

-26%

Il-lingwata

Solea

7fg fil-Kanal ta' Bristol

920

841

-9%

Il-laċċ ikħal

Sprattus sprattus

7de

3 296

2 637

-20%

Il-bakkaljaw

Gadus morhua

6a, fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 5b

 

0

-100%

Il-bakkaljaw

Gadus morhua

7b, 7c, 7e-k, 8, 9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF

 

0

-100%

Il-merlangu

Merlangius merlangius

6; L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

 

0

-100%

Il-merlangu

Merlangius merlangius

7a

 

0

-100%

Il-barbun tat-tbajja'

 

Pleuronectes platessa

 

7h, 7j u 7k

 

0

-100%

Tabella 4: L-istokkijiet li ġiet proposta għalihom Qabda totali permissibbli (TAC) għall-qabdiet aċċessorji

Isem komuni

Isem Xjentifiku

Unità tat-TAC

It-TAC għall-qabdiet aċċessorji fl-2019

Proposta(t)

Il-bakkaljaw

Gadus morhua

6a, fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 5b

1396

Il-bakkaljaw

Gadus morhua

7b, 7c, 7e-k, 8, 9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF

pm

Il-merlangu

Merlangius merlangius

6; L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

1238

Il-merlangu

Merlangius merlangius

7a

612

Il-barbun tat-tbajja'

 

Pleuronectes platessa

 

7h, 7j u 7k

90

Tabella 5: L-istokkijiet li huma soġġetti għal parir li se jingħata aktar tard jew li n-negozjati dwarhom għadhom għaddejjin

Isem komuni

Isem Xjentifiku

Unità tat-TAC

It-TAC finali fl-2018

L-inċova

Engraulis

8

33000

Il-petriċa l-kbira

Lophiidae

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4

16225

Il-petriċa l-kbira

Lophiidae

6; L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

9180

Il-merluzz tal-linja sewda

Melanogrammus aeglefinus

5b, 6a

4654

L-iskampu

Nephrops

6; L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żona 5b

12129

L-iskampu

Nephrops

7

29091

L-iskampu

Nephrops

8abde

3614

Il-gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4

1957

Ir-rebekkini u r-raj

Rajiformes

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4

1654

Ir-rebekkini u r-raj

Rajiformes

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a

47

Ir-rebekkini u r-raj

Rajiformes

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 6ab, 7a sa c u 7e sa k

9699

Ir-rebekkini u r-raj

Rajiformes

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9

4326

Ir-rebekkini u r-raj

Rajiformes

7d

1276

Il-merlangu

Merlangius merlangus

7b-k

22213

Ir-raja ondjata

Raja undulata

7d, 7e

180

Tabella 6: L-istokkijiet li d-deċiżjonijiet dwar il-Qabdiet totali permissibbli (TAC) tagħhom huma ddelegati lil Stat Membru individwali

Isem komuni

Isem Xjentifiku

Unità tat-TAC

Pajjiż li lilu ġiet iddelegata d-deċiżjoni

L-aringi

Clupea

Iż-żona 6 tax-xmara Clyde

Ir-Renju Unit

Is-sawrell

Trachurus

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tas-CECAF (il-Gżejjer Kanarji)

Spanja

Is-sawrell

Trachurus

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF (Madeira)

Il-Portugall

Is-sawrell

Trachurus

Iż-żona 10 u l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF (l-Azores)

Il-Portugall

il-Gamblu penaeus

Penaeus

Il-Guyana Franċiża

Franza


IP/18/6301

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar