Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Ewrobarometru: Erbgħa minn kull ħames ċittadini tal-UE jappoġġaw s-settur privat fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp

Brussell, il-25ta' settembru 2018

L-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru juri li ċ-ċittadini tal-UE qegħdin dejjem aktar jaraw li s-settur privat għanu rwol akbar x'jaqdi fl-iżvilupp internazzjonali, kif ukoll jaraw il-kooperazzjoni għall-iżvilupp bħala mezz biex tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari.

“Iċ-ċittadini Ewropej jappoġġaw l-isforzi tagħna biex tingħata spinta lill-investiment privat fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, biex iwassal għall-ugwaljanza bejn is-sessi u jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari. Dan juri li l-proposta tagħna biex napprofondixxu r-relazzjoni ekonomika tagħna mal-Afrika billi niffokaw fuq l-investiment privat hija fit-triq it-tajba maċ-ċittadini. Għandna naraw dan bħala sejħa biex naħdmu aktar fuq l-iżvilupp, u biex dan nagħmluh issa”, qal il-Kummissarju għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp, Neven Mimica.

Is-sejbiet ewlenin:

  • Appoġġ kumplessiv b'saħħtu għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp

Minn dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ, 89 % jappoġġaw l-għoti ta' għajnuna lin-nies f'pajjiżi li qed jiżviluppaw. Aktar hemm li persuni jemmnu li l-kooperazzjoni finanzjarja għandha tiżdied issa milli kien hemm fl-2016. Aktar minn tliet kwarti ta' dawk li wieġbu fl-Istati Membri kollha tal-UE jemmnu li l-UE għandha żżomm il-wegħda tagħha dwar l-ammont tal-għajnuna li hija tagħti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

  • L-ugwaljanza bejn is-sessi bħala prijorità ewlenija

L-appoġġ għall-indirizzar tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel huwa saħansitra ogħla: kważi disa' minn kull għaxar persuni li wieġbu jaħsbu li għandu jkun prijorità fil-politika tal-iżvilupp tal-UE. B'mod aktar speċifiku, huma jridu jaraw enfasi fuq l-indirizzar tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet (78 %), il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kontra n-nisa (63 %), u li n-nisa u l-bniet jingħataw aċċess għall-edukazzjoni (61 %).

  • L-Indirizzar tal-migrazzjoni irregolari

Sebgħa minn kull 10 jaqblu li l-għoti tal-assistenza finanzjarja lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp huwa mod effettiv biex tkun indirizzata l-migrazzjoni irregolari. Meta mqabbel mal-2016, din il-fehma żiedet l-appoġġ fost in-nies f'14-il pajjiż - speċjalment f'Malta, fil-Greċja u fil-Bulgarija.

Meta mitluba jiddefinixxu l-aktar sfidi importanti għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, il-kwistjonijiet imsemmija l-aktar frekwentament kienu il-paċi u s-sigurtà (37 %), l-edukazzjoni (35 %) u s-saħħa (33 %). Il-migrazzjoni hija elenkata bħala l-għaxar l-aktar sfida urġenti (10 %). Dawn iċ-ċifri jindikaw xejra kumplessivament stabbli mill-2010.

Fuq livell personali, aktar minn nofs l-Ewropej iħossu li huma jistgħu jagħmlu differenza għall-iżvilupp bħala individwi - pereżempju, billi jagħtu flus lil organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, u billi jagħmlu għażliet etiċi meta jixtru, jew permezz ta' xogħol volontarju.

/Għall-mistoqsija jekk il-ġlieda kontra l-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhiex tkun prijorità tal-UE, ir-rispondenti f'26 pajjiżi - u 7 minn kull 10 Ewropej mill-istħarriġ kollu - qablu li din għandha tkun prijorità. Il-Latvjani u l-Estonjani, sadanittant, jidhru aktar xettiċi dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Mill-UE 28, ir-Repubblika Ċeka u l-Estonja biss ma jħossux li l-politika tal-iżvilupp hija mod effettiv biex jiġi ttrattat il-faqar fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp.

Għal Aktar Informazzjoni

Hawnhekk għandek issib skedi informattivi speċifiċi għall-pajjiż fil-lingwi nazzjonali għall-Istati Membri kollha tal-UE, infografiki fil-lingwi kollha tal-UE, skedi informattivi dwar ir-riżultati kumplessivi tal-UE u ż-żgħażagħ bħala grupp fokus.

IP/18/5840

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar