Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

UE-Kuba: fl-1 ta' Novembru 2017 jidħol fis-seħħ ftehim ġdid storiku

Brussell, il-31ta' ottubru 2017

Għada, l-1 ta' Novembru 2017, se jiżvolġi kapitlu ġdid fir-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba, permezz tal-bidu tal-applikazzjoni proviżorja tal-ewwel ftehim li qatt sar bejn l-Unjoni Ewropea u Kuba – il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni.

“L-UE u Kuba qegħdin verament idawru l-paġna, u issa qed jibda kapitlu ġdid fis-sħubija tagħna – bl-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim ġdid tagħna. Illum, l-Unjoni Ewropea qed tersaq eqreb lejn Kuba u ċ-ċittadini Kubani hekk kif il-pajjiż għaddej minn modernizzazzjoni ekonomika, politika u soċjali," qalet ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà / il-Viċi President Federica Mogherini, fejn żiedet: “Aħna l-Ewropej marbutin ma' Kuba, l-Amerika Latina u l-Karibew permezz ta' storja, kultura, valuri u aspirazzjonijiet komuni għall-preżent u għall-futur.”

Il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni (Political Dialogue and Cooperation Agreement, PDCA) jinkludi tliet kapitli ewlenin rigward id-djalogu politiku, il-kooperazzjoni u d-djalogu politiku settorjali, kif ukoll il-kooperazzjoni fin-negozju.

Huwa jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni biex jinkoraġġixxi l-iżvilupp sostenibbli, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll biex jinstabu soluzzjonijiet komuni għall-isfidi globali permezz ta' azzjoni konġunta fil-fora multilaterali. Oqsma ta' interess komuni jinkludu pereżempju l-enerġiji rinnovabbli, l-iżvilupp rurali, l-ambjent, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, is-sigurtà u l-ħolqien tax-xogħol. L-attivitajiet se jitwettqu mal-atturi kollha f'Kuba, inklużi s-settur pubbliku, l-awtoritajiet lokali, il-firxa sħiħa tas-soċjetà ċivili, is-settur privat, kif ukoll l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom.

Sfond

Fit-12 ta' Diċembru 2016, l-UE u Kuba ffirmaw ftehim ta' djalogu politiku u ta' kooperazzjoni, u l-Parlament Ewropew approvah fil-5 ta' Lulju 2017. Filwaqt li l-ftehim jibda japplika proviżorjament fl-1 ta' Novembru 2017, l-applikazzjoni sħiħa tiegħu se tibda ladarba l-Istati Membri kollha tal-UE jkunu rratifikaw il-ftehim.

Dan il-ftehim jikkonferma wkoll l-impenn kontinwu tal-UE mal-Amerika Latina u l-Karibew. Kuba kienet l-uniku pajjiż fir-reġjun li l-UE ma kinitx għadha ftehmet miegħu fuq bażi ġurdika għal djalogu u kooperazzjoni.

Għal aktar informazzjoni

Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba

Id-Delegazzjoni tal-UE f'Kuba

IP/17/4301

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar