Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Kummissjoni tipproponi l-opportunitajiet tas-sajd fl-Atlantiku u fil-Baħar tat-Tramuntana għall-2015

Brussell, I-10ta' novembru 2015

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-kwoti tas-sajd (il-Qabdiet Totali Permissibbli, TAC) għall-2016 għall-Atlantiku u għall-Baħar tat-Tramuntana.

Il-Kummissjoni qed tipproponi li żżomm il-kwoti tal-ħut jew iżżidhom għal 35 stokk, u tnaqqas il-qbid għal 28 stokk abbażi tal-parir xjentifiku li ngħatalha.

Il-Kummissjoni qed tipproponi żieda fl-opportunitajiet ta' sajd biex tgħin lis-sajjieda fit-tranżizzjoni lejn l-obbligu l-ġdid li jħottu l-qabdiet kollha fuq l-art. Din hija l-ewwel darba li l-Kummissjoni qed tipproponi l-hekk imsejħa kwota “rifornimenti” għas-sajd kollu skont l-obbligu tal-ħatt l-art mill-2016. Din iż-żieda tal-kwota għandha l-għan li tikkumpensa lis-sajjieda għall-ħut żejjed li ser ikunu obbligati li jħottu l-art. Abbażi tal-parir xjentifiku li għandu jasal sa nofs Novembru, il-Kummissjoni, aktar tard dan ix-xahar, ser tipproponi żieda tal-qbid li tinkludi l-kwantitajiet kollha li għandhom jinħattu l-art.

L-għan tal-Kummissjoni, u wieħed mill-pilastri tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) riformata, huwa li l-istokkijiet kollha tas-sajd ikunu f'livelli sostenibbli li jirrispettaw ir-Rendiment Massimu Sostenibbli (Maximum Sustainable Yield, MSY). Is-sajd f’livelli ta’ Rendiment Massimu Sostenibbli jippermetti lill-industrija tas-sajd tikseb l-ogħla ammont ta’ ħut mill-baħar filwaqt li żżomm l-istokkijiet tal-ħut b’saħħithom. Il-Kummissjoni qed tipproponi li ġġib l-istokkijiet f’livelli ta’ Rendiment Massimu Sostenibbli abbażi tal-parir xjentifiku riċevut mingħand il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES). Din is-sena, il-parir ingħata għal 34 stokk.

Karmenu Vella, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, qal: "L-objettiv tiegħi hu ċar u ambizzjuż: Irrid li nġibu l-istokkijiet kollha f'livelli b’saħħithom u sostenibbli malajr kemm jista’ jkun. Ninsab kuntent li għal għadd ta’ stokkijiet ta’ ħut nistgħu nipproponu żidiet tal-kwota u xorta niksbu Rendiment Massimu Sostenibbli fl-2016. L-isforzi tas-sajjieda tagħna ta l-frott u aħna qegħdin hawn biex nappoġġjahom ukoll biex titwettaq it-tranżizzjoni lejn ħatt l-art tal-ħut kollu maqbud. Madankollu għal stokkijiet oħra ta’ ħut hemm bżonn li jsir tnaqqis sabiex nipproteġu l-futur ta’ dawn l-istokkijiet.

Din il-proposta ser tiġi ppreżentata mill-Kummissarju Vella u mressqa għad-diskussjoni lill-Ministri tal-Istati Membri fil-Kunsill tas-Sajd ta’ Diċembru li għandu jiġi applikat mill-1 ta’ Jannar 2016.

Il-proposta tal-lum hija l-proposta annwali għall-ammont ta’ ħut li jista’ jinqabad mis-sajjieda tal-UE mill-istokkijiet ta’ ħut kummerċjali ewlenin is-sena d-dieħla. Din tkopri l-istokkijiet ġestiti mill-UE waħedha u stokkijiet ġestiti ma’ pajjiżi terzi bħal pereżempju n-Norveġja jew permezz tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) fl-oċeani kollha tad-dinja.

In-negozjati internazzjonali għal ħafna mill-istokkijiet ikkonċernati għadhom għaddejjin. Għalhekk, f'dan l-istadju, il-proposta tinkludi biss ċifri għal madwar nofs it-TACs. Iżda se titlesta ladarba jkunu ġew iffinalizzati n-negozjati mal-partijiet terzi u fi ħdan l-RFMOs.

Dettalji tal-proposta

Għal xi stokkijiet tal-UE li diġà jinsabu fl-MSY, bħal megrims fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sawrell fl-ibħra tal-Iberja u tal-Punent, il-Kummissjoni qed tipproponi li żżid it-TACs.

Fl-istess ħin, is-sitwazzjoni ta' xi stokkijiet ma tjibitx ħafna mis-sena li għaddiet. L-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Irlandiż u fil-Baħar Ċeltiku jibqgħu fi stat ħażin. Il-ħażniet tal-lingwata komuni f’erjas bħall-Baħar Irlandiż, il-Kanal tal-Lvant jew il-Bajja ta’ Biscay huma vulnerabbli ħafna. Il-parir għall-merluzz tal-linja sewda u il-bakkaljaw fil-Baħar Ċeltiku jitlob tnaqqis konsiderevoli fit-TAC biex jinġiebu għal-livelli tal-MSY. Il-bakkaljaw fil-Punent tal-Iskozja, li jsofri minn rati għoljin ħafna ta’ skartar, għadu f’riskju ta’ kollass. Il-parir għall-istokk tat-tramuntana tal-ispnott jitlob ukoll tnaqqis sinifikanti fil-livelli tal-qabda. Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni inkludiet proposti għall-ġestjoni tal-ispnott fl-2016

Għal ħafna minn dawn l-istokkijiet, saħansitra hemm bżonn ta' tekniki tas-sajd aktar selettivi b’mod urġenti sabiex il-ħut iż-żgħir ma jinqabadx qabel ma jkun jista’ jirriproduċi u jiżdiedu l-istokkijiet tal-ħut. Dan huwa partikolarment urġenti għas-sajd fil-Baħar Ċeltiku u l-ibħra tal-Punent, fejn hemm bżonn ta’ sforz kbir mill-Istati Membri u l-industrija tas-sajd biex jimplimentaw il-miżuri ta’ selettività rakkomandati mix-xjentisti. Dan ser jgħin ukoll lis-setturi tas-sajd biex jikkonformaw mal-obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha, li se jkun applikabbli għal aktar u aktar stokkijiet fis-snin li ġejjin.

Għall-istokkijiet fejn id-dejta mhix tajba biżżejjed biex jiġi stmat korrettement id-daqs tagħhom, il-proposta tal-Kummissjoni tirrifletti l-parir tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) li jkun hemm tnaqqis jew żidiet ta' massimu ta’ 20 %. Wara deċiżjoni tal-Kunsill tas-sena l-oħra dwar tnaqqis ta’ prekawzjoni, għal 26 minn dawn l-istokkijiet qed jinżammu l-istess livelli tal-2015.

Għal għadd limitat ta’ stokkijiet, il-Kummissjoni rċeviet il-parir xjentifiku biss dan l-aħħar. Il-parir se jiġi analizzat aktar qabel ma l-Kummissjoni tipproponi figura tat-TAC aktar tard fil-ħarifa.

Għall-istokkijiet tal-ħut kondiviżi ma’ pajjiżi terzi (in-Norveġja, il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, l-Iżlanda, ir-Russja), il-Kummissjoni Ewropea, f’isem l-UE, lejn tmiem kull sena tinnegozja l-kwantitajiet ta’ ħut li għandu jinqabad is-sena ta’ wara.

Għall-istokkijiet f’ilmijiet internazzjonali u għal speċijiet li jpassu ħafna, bħat-tonn, il-Kummissjoni Ewropea, li tirrapreżenta l-UE, tinnegozja l-kwoti tas-sajd fil-qafas tal-RFMOs. Wara dan, l-opportunitajiet tas-sajd miftiehma jridu jiġu ttrasposti fil-liġi tal-UE.

Għal aktar informazzjoni:

Ara l-tabelli mehmużin għal dettalji dwar il-proposti tal-lum għall-Atlantiku u l-Baħar tat-Tramuntana

It-TACs u l-kwoti: http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm

Mistoqsijiet u risposti dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd fl-Atlantiku u fil-Baħar tat-Tramuntana għall-2016: http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-15-6030_en.htm

Mistoqsijiet u risposti dwar il-kwota Rifornimenti: http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-15-6017_en.htm

Il-parir xjentifiku: it-TACs proposti huma bbażati fuq il-parir xjentifiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u tal-
Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/scientific_advice/index_mt.htm

Il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati ukoll mill-bidu ta' Ġunju, u dan abbażi tad-dokument ta’ Konsultazzjoni tal-Kummissjoni: ara IP/15/5082

Il-pjanijiet ta’ ġestjoni multiannwali:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/multi_annual_plans/index_mt.htm

Mappa taż-żoni tas-sajd:

http://ec.europa.eu/fisheries/documentation/publications/cfp_factsheets/fishing_areas_mt.pdf

Nota: it-tabelli hawn taħt jelenkaw biss l-istokkijiet tal-UE li mhumiex kondiviżi ma' pajjiżi terzi.

Tabella 1: L-istokkijiet li għalihom hemm proposti biex tiżdied it-TAC

Isem xjentifiku

Isem komuni  

Unità tat-TAC

(Ara l-mappa)

TAC fl-2015

TAC 2016 (Proposta)

Bidla fit-TAC: 2015-2015 (Proposta)

Lepidorhombus

Megrim

IIa (KE), IV (KE)

2083

2639

26.7 %

Lepidorhombus

Megrim

Vb (KE), VI,

4129

4900

18. %

Trachurus

Sawrell

Iż-żona VIIIc

13572

17235

27.0 %

Trachurus

Sawrell

IX

59500

68583

15,3 %

 

Tabella 2: L-istokkijiet mingħajr bidla fit-TAC[1]

Isem xjentifiku

Isem komuni

Unità tat-TAC

(Ara l-mappa)

TAC fl-2015

TAC 2016 (Proposta)

Bidla fit-TAC: 2015-2015 (Proposta)

Engraulis

Inċova

IX, X, CECAF 34.1.1.

9656

9656

0,0 %

Gadus morhua

Bakkaljaw

VIa, Vb…

0

0

0.0 %

Squalus

Mazzola griża

It-TACs kollha

0

0

0.0 %

 [1]Din it-tabella ma tinkludix stokkijiet inklużi fid-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u l-Kummissjoni “Ad Stokkijiet Speċifiċi b'Dejta Limitata” (ara d-dokument tal-Kunsill PECHE 13, 5232/14). It-TACs għal stokkijiet b’dejta limitata inklużi f’din id-dikjarazzjoni se jinżammu għal erba' snin oħra, ħlief jekk il-perċezzjoni tal-istat ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn l-istokkijiet tinbidel b’mod sinifikanti matul dan il-perjodu.

 

Tabella 3: L-istokkijiet li għalihom hemm proposti biex titnaqqas it-TAC

Isem xjentifiku

Isem komuni

Unità tat-TAC

(Ara l-mappa)

TAC fl-2015

TAC 2016 (Proposta)

Bidla fit-TAC: 2015-2015 (Proposta)

Champsocephalus gunnari

Arġentina silus

V, VI, VII KE + interna w.

4316

3453

-20.0 %

Limanda limanda

Minfaħ

VI, VII, VIII KE

53296

42637

-20.0 %

Clupea

Aringa

VIIghjk

19198

15442

-19,6 %

Clupea

Aringa

Fiż-żona VIIa

4854

4575

-5.7 %

Dicentrarchus labrax Seabass

Spnott*

IVb u c, VIIa, u VIId-h

2656

1449

-46 %

Gadus morhua

Bakkaljaw

VIIb, c,e-k, VIII, IX, X,CECAF 34.1.1 (KE)

5072

3569

-29.6 %

Gadus morhua

Bakkaljaw

Fiż-żona VIIa

182

146

-20 %

Limanda limanda u Platichthys flesus

Dab u barbun

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

18434

14747  

-20.0 %

Lepidorhombus

Megrim

VIIIc, IX, X, CACAF34.1.1 (KE)

1377

1013

-26,4 %

Lophius

Petrika

VII

33516

29534

-11.9 %

Lophius

Petrika

VIIIabde

8980

7914

-11.9 %

Lophius

Petrika

VIIIc, IX, X, CECAF 34.1.1

2987

2413

-19.2 %

Melanogrammus

Merluzz tal-linja sewda

VIIb-k, VIII, IX, X, CECAF 34.1.1 (KE)

8342

6078

-27.1

Merlangius

Merlangu

VIII

3175

2540

-20 %

Merlangius

Merlangu

Vb (ilmijiet tal-KE), VI, XII, XIV

263

213

-19 %

Microstomus kitt u Glyptocephalus cynoglossus

Lemon sole u witch

IIa (KE), il-Baħar tat-Tramuntana (KE)

6391

5848

-8.5 %

Molva dypterigia

Linarda

L-ilmijiet internazzjonali ta' XII

558

446

-20 %

Skampi

Skampu

IIa (KE), il-Baħar tat-Tramuntana (KE)

17843

14315

-19,8 %

Pleuronectes

Barbun tat-tbajja'

Fiż-żona VIIa

1098

878

-20 %

Pleuronectes

Barbun tat-tbajja'

VIIfg

461

420

-8,9 %

Merlangius merlangus

Pollakkju

VII

13495

10796

-20.0 %

Merlangius merlangus

Pollakkju

VIIIabde

1482

1186

-20.0 %

Psetta maxima u Scopthalmus rhombus

Barbun Imperjali u Partun

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

4642

4488

-3,3 %

Rajidae

Rebekkini u raj

Iż-żona IIIa

47

38

-20.0 %

Rajidae

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

8032

6426

-20.0 %

Rajidae

Rebekkini u raj

IIa (KE), IV — il-Baħar tat-Tramuntana (KE)

1256

1005

-20.0 %

Rajidae

Rebekkini u raj

Iż-żona VIId

798

638

-20,0 %

Rajidae

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-KE ta’ VIII, IX

3420

3078

-10,0 %

Etmopterus princeps

Lingwata komuni

Fiż-żona VIIa

90

0

-100 %

 * għall-ispnott m’hemm l-ebda TAC minflok it-tunnellaġġi mogħtija huma l-qabdiet stmati bħala riżultat tal-limiti tal-qbid u tal-għeluq applikati fl-2015 u propost fl-2016. Dawn jinkludu kemm is-sajd rikreattiv u kif ukoll dak kummerċjali.

 

Tabella 4: L-istokkijiet li huma suġġetti għal parir li se jingħata aktar tard jew in-negozjati għadhom għaddejjin

Isem xjentifiku

Isem komuni

Unità tat-TAC

(Ara l-mappa)

Chionoecetes spp.

Snow crab

Fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni V, VI, u VII

Clupea

Aringa

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN

Clupea

Aringa

VIaS, VIIbc

Gadus morhua

Bakkaljaw

Il-Kattegat

Lepidorhombus

Megrim

VII

Lepidorhombus

Megrim

VIIIabde

Lophius

Petrika

IIa (KE), il-Baħar tat-Tramuntana (KE)

Lophius

Petrika

Vb(KE), VI, XII, XIV

Melanogrammus

Merluzz tal-linja sewda

Vb, VIa

Melanogrammus

Merluzz tal-linja sewda

Fiż-żona VIIa

Illex illecebrosus

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet tal-KE u l-ilmijiet internazzjonali ta' VIb, XII u XIV

Merlangius

Merlangu

VIIb-k

Merlangius

Merlangu

IX, X,CECAF 34.1.1. (UE)

Merluccius

Merluzz

VIIIc, IX, X, CECAF 34.1.1 (KE)

Merluccius

Merluzz (N. TAC globali)

It-TACs globali tat-Tramuntana (IIIa / IIa u IV / Vb, VI, VII, XII u XIV / VIIIabde)

Molva dypterigia

Linarda

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII

Solea spp.

Lipp

IV (KE)

Solea spp.

Lipp

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali ta’ VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Skampi

Skampu

VII

Skampi

Skampu

Vb (UE u internazzjonali), VI

Skampi

Skampu

Iż-żona IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-32

Skampi

Skampu

Iż-żoni IX u X; L-ilmijiet tal-KE ta ' CECAF 34.1.1

Skampi

Skampu

VIIIabde

Skampi

Skampu

Iż-żona VIIIc

Penaeus

Gambli “Penaeus”

Il-Gujana Franċiża

Pleuronectes

Barbun tat-tbajja'

Iż-żona VIIde

Pleuronectes

Barbun tat-tbajja'

Il-Kattegat

Etmopterus princeps

Lingwata komuni

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

Etmopterus princeps

Lingwata komuni

Iż-żona VIIe

Etmopterus princeps

Lingwata komuni

Iż-żona VIId

Etmopterus princeps

Lingwata komuni

IIIa, IIIbcd (KE)

Etmopterus princeps

Lingwata komuni

VIIfg

Etmopterus princeps

Lingwata komuni

VIIIab

Amblyraja radiata

Laċċa kaħla

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

Trachurus

Sawrell

IIa, IVa, VI, VII, VIIIabde; Vb (ilmijiet tal-KE), VI, XII, XIV

Trachurus

Sawrell

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IVb, IVc u VIId

 

Tabella 5: L-istokkijiet li d-deċiżjonijiet dwar it-TACs tagħhom huma ddelegati lill-Istati Membri individwali

Isem xjentifiku

Isem komuni

Unità tat-TAC

(Ara l-mappa)

Stat Membru responsabbli

Clupea

Aringa

VIaS Clyde

Ir-Renju Unit

Trachurus

Sawrell

CECAF (il-Kanarji)

Spanja

Trachurus

Sawrell

Iż-żoni tas-CECAF (Madeira)

Il-Portugall

Trachurus

Sawrell

X, CECAF (l-Azores)

Il-Portugall


IP/15/6016

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar