Rokna tat-tagħlim
Fuljett

52 pass lejn belt aktar ekoloġika

L-ibliet fihom ħafna bijodiversità u għalhekk hu importanti li nipproteġuha għax neħtiġuha għall-kwalità ta’ ħajjitna, l-arja nadifa tagħna, l-ikel u l-ilma tagħna u s-saħħa mentali tagħna. Agħti spazju lin-natura. Dan il-ktejjeb fih 52 suġġeriment dwar kif tista’ tappoġġja l-bijodiversità urbana matul is-sena.

Età minn 12-il sena sa 15-il sena 'Il fuq minn 15-il sena Ambjent u klima
Logħba

Boardgame tal-bijodiversità

Sfida lil sħabek għal logħba dwar il-bijodiversità. B’hekk titgħallem xi affarijiet interessanti dwar in-natura u kif tipproteġiha fil-ħajja ta’ kuljum. Għax ma tiżbogħx xi ċagħaq b’kuluri differenti u tużahom biex tgħodd bihom jew forsi għandek ukoll ideat aħjar. Ħalli l-immaġinazzjoni tiegħek timragħ

Sa 9 snin Età minn 9 snin sa 12-il sena Ambjent u klima
Logħba
Kwiżż

Climate & Energy Quiz

Agħmel dan il-quiz dwar il-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima u sir eroj tal-klima!

Età minn 9 snin sa 12-il sena Ambjent u klima
Vidjow

L-Azzjoni Klimatika tal-UE

Din il-playlist fiha filmati qosra ta’ 2-4 minuti dwar diversi suġġetti relatati mal-klima, jiġifieri l-kawżi u l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, l-azzjoni klimatika tal-UE, l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-Ftehim ta’ Pariġi, in-newtralità klimatika sal-2050.

Età minn 12-il sena sa 15-il sena 'Il fuq minn 15-il sena Ambjent u klima
Vidjow

L-UE favur il-Ftehim ta' Pariġi

L-UE ffirmat il-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima li jinkludi pjan ta’ azzjoni biex jiġi limitat it-tisħin globali għal “ferm anqas” minn 2°C mill-2020 ’il quddiem.

Età minn 12-il sena sa 15-il sena 'Il fuq minn 15-il sena Ambjent u klima
Vidjow

Patt Ekoloġiku tal-UE

Aktar minn 90% tal-Ewropej iridu li l-UE tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima. F’dan il-filmat ara kif il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan li jittrasforma l-mod kif ngħixu, naħdmu u nimxu ’l quddiem u nagħmlu lill-UE l-ewwel kontinent newtrali għall-klima fid-dinja.

Età minn 12-il sena sa 15-il sena 'Il fuq minn 15-il sena Ambjent u klima
Fuljett

L-UE tinvesti fil-pjaneta

Għaxar Inizjattivi għal ekonomija moderna u nadifa : il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni ta’ Juncker fil-“One Planet Summit”, Pariġi, it-12 ta’ Diċembru 2017

“Biex inżommu l-istil tal-ħajja li ngħixu llum, u biex nibqgħu nipproduċu u nikkunsmaw kif qed nagħmlu fil-preżent, neħtieġu mill-inqas erba’ pjaneti. Iżda waħda biss għandna. Għalhekk issa huwa ż-żmien fejn ilkoll ningħaqdu u naġixxu favur il-pjaneta tagħna. Għada se jkun tard wisq.” Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea.

'Il fuq minn 15-il sena Dwar l-UE Ambjent u klima
Sit Web

Atlas Ewropew tal-Ibħra

Esplora, iġbor u oħloq il-mappa tal-baħar tiegħek. Tgħallem aktar dwar l-ibħra u l-kosti Ewropej, l-ambjent tagħhom, l-attivitajiet umani relatati u l-politiki Ewropej.

Età minn 12-il sena sa 15-il sena 'Il fuq minn 15-il sena Ambjent u klima Pajjiżi tal-UE Ikel, biedja, sajd
Logħba

Kun af id-dakkara tiegħek

Sfida lil sħabek u l-familja tiegħek u sir af aktar dwar it-tipi differenti ta’ dakkara, l-importanza tagħhom għall-umanità u r-riskju ta’ estinzjoni tagħhom. Iktar ma tkun taf dwar dawn il-ħlejjaq sbieħ u prezzjużi, ikbar ikunu ċ-ċansijiet tiegħek li tirbaħ!

Età minn 9 snin sa 12-il sena Età minn 12-il sena sa 15-il sena Ambjent u klima
Fuljett
Sit Web

Il-pjaneta tagħna, il-ġejjieni tagħna

“Il-pjaneta tagħna, il-ġejjieni tagħna”, jispjega x’qed tagħmel l-Unjoni Ewropea biex tindirizza waħda mill-akbar problemi li l-bniedem qiegħed iħabbat wiċċu magħha llum il-ġurnata u kif nistgħu nikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Il-magażin jinkludi taqsima dwar ix-xjenza u intervisti mal-istudenti, kif ukoll informazzjoni dwar x’qed jiġri fl-UE kollha biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra u biex jadattaw ruħhom għat-tibdil fil-klima tagħna. Aqra dwar dan kollu!

Età minn 9 snin sa 12-il sena Età minn 12-il sena sa 15-il sena Ambjent u klima
Logħba

Shaun is-Sostenibbli logħba online

Merħba għal-logħba ta’ Shaun the Sheep, li tgħin tgħallimna kif noħolqu futur aktar nadif, aktar tajjeb għas-saħħa u aktar “sostenibbli” għall-bliet u għall-pjaneta tagħna!
Fil-logħba, int trid tgħin tibni belt ġdida ekoloġika għall-annimali li jgħixu fit-triq tal-Big City, filwaqt li tiżgura li żżommhom ilkoll kuntenti billi tissorvelja r-riżorsi, l-ikel, l-enerġija, it-trasport u kwistjonijet relatati man-natura. Ipprova ibni l-belt tiegħek fuq għaxart ijiem waqt li r-raħħal ma jkunx id-dar!
U, jekk taħseb li int ekoloġiku/a biżżejjed, ipprova wettaq il-missjonijiet ta’ Shaun! Ipprova solvi problema billi tiggwida lil Shaun u lill-merħla tiegħu u ssalva l-belt tiegħek.

 

Età minn 9 snin sa 12-il sena Ambjent u klima