Rokna tat-tagħlim
Ktieb ta’ attività

L-Ewropa + flimkien!

Kitt għat-tagħlim dwar l-Unjoni Ewropea biex jiżdied l-għarfien fost it-tfal tal-iskola ta’ 10 snin u aktar.

Il-kitt jinkludi:

  • Nota ta’ merħba u gwida għall-għalliema
  • Tliet brochures komplementari : L-Ewropa, nibnu flimkien!; L-Ewropa, norganizzaw flimkien!; L-Ewropa, ngħixu flimkien!;
  • Mappa tal-Unjoni Ewropea

Età minn 9 snin sa 12-il sena Kultura Pajjiżi tal-UE Dwar l-UE
Logħba

Nesploraw l-Ewropa!

L-UE għandha 27 pajjiż membru Kull wieħed għandu storja, ġeografija u kultura differenti. Ara kemm taf b'din il-logħba - ilgħab waħdek jew sfida lil sħabek.

Età minn 9 snin sa 12-il sena Età minn 12-il sena sa 15-il sena Pajjiżi tal-UE
Logħba

L-UE: x’inhi?

Għin lill-istudenti tiegħek jiskopru fuq il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea billi tuża din il-mappa divertenti, interattiva. Ivjaġġa lejn kull pajjiż u sir af xi jħobbu jieklu fir-Repubblika Ċeka, liema sport huwa l-iktar popolari fis-Slovakkja, tgħallem l-ismijiet ta' xi artisti Olandiżi famużi u ħafna, ħafna aktar!

Età minn 9 snin sa 12-il sena Liġijiet u istituzzjonijiet tal-UE Kultura Storja tal-UE Pajjiżi tal-UE Dwar l-UE
Logħba

Boardgame tal-bijodiversità

Sfida lil sħabek għal logħba dwar il-bijodiversità. B’hekk titgħallem xi affarijiet interessanti dwar in-natura u kif tipproteġiha fil-ħajja ta’ kuljum. Għax ma tiżbogħx xi ċagħaq b’kuluri differenti u tużahom biex tgħodd bihom jew forsi għandek ukoll ideat aħjar. Ħalli l-immaġinazzjoni tiegħek timragħ

Sa 9 snin Età minn 9 snin sa 12-il sena Ambjent u klima
Logħba
Kwiżż

Climate & Energy Quiz

Agħmel dan il-quiz dwar il-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima u sir eroj tal-klima!

Età minn 9 snin sa 12-il sena Ambjent u klima
Sit Web

ESA Kids

Spazju għat-Tfal! Is-sit web ESA Kids fih aħbarijiet , informazzjoni, cartoons u downloads dwar l-ispazju għat-tfal bejn 6 u 12-il sena.
Sa 9 snin Età minn 9 snin sa 12-il sena Xjenza u riċerka
Doves
Kitt għat-tagħlim
Sit Web

"Isqra" u "Ħamiem" – Il-kunflitt

Huma bosta r-raġunijiet għala l-individwi u l-gruppi jistgħu jiħduha kontra xulxin. Fl-istess ħin, jeżistu affarijiet li ma nistgħux niksbu mingħajr l-oħrajn. Din it-tema tanalizza d-dinamika tal-gwerra u tal-paċi permezz ta' mudelli ta' interazzjoni, pereżempju r-rebbieħa u t-telliefa, il-paċifisti u l-"belliċisti" (jiġifieri min isostni pożizzjonijiet favur il-gwerra). Hija tenfasizza kif illum il-ġurnata, l-Ewropa hija fil-biċċa l-kbira r-riżultat kemm ta' storja ta' gwerra, okkupazzjoni u qerda, kif ukoll storja ta' solidarjetà, negozjar u rikonċiljazzjoni.
Sa 9 snin Età minn 9 snin sa 12-il sena Storja tal-UE
Logħba

Kun af id-dakkara tiegħek

Sfida lil sħabek u l-familja tiegħek u sir af aktar dwar it-tipi differenti ta’ dakkara, l-importanza tagħhom għall-umanità u r-riskju ta’ estinzjoni tagħhom. Iktar ma tkun taf dwar dawn il-ħlejjaq sbieħ u prezzjużi, ikbar ikunu ċ-ċansijiet tiegħek li tirbaħ!

Età minn 9 snin sa 12-il sena Età minn 12-il sena sa 15-il sena Ambjent u klima
Fuljett
Sit Web

Il-pjaneta tagħna, il-ġejjieni tagħna

“Il-pjaneta tagħna, il-ġejjieni tagħna”, jispjega x’qed tagħmel l-Unjoni Ewropea biex tindirizza waħda mill-akbar problemi li l-bniedem qiegħed iħabbat wiċċu magħha llum il-ġurnata u kif nistgħu nikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Il-magażin jinkludi taqsima dwar ix-xjenza u intervisti mal-istudenti, kif ukoll informazzjoni dwar x’qed jiġri fl-UE kollha biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra u biex jadattaw ruħhom għat-tibdil fil-klima tagħna. Aqra dwar dan kollu!

Età minn 9 snin sa 12-il sena Età minn 12-il sena sa 15-il sena Ambjent u klima
Logħba

Shaun is-Sostenibbli logħba online

Merħba għal-logħba ta’ Shaun the Sheep, li tgħin tgħallimna kif noħolqu futur aktar nadif, aktar tajjeb għas-saħħa u aktar “sostenibbli” għall-bliet u għall-pjaneta tagħna!
Fil-logħba, int trid tgħin tibni belt ġdida ekoloġika għall-annimali li jgħixu fit-triq tal-Big City, filwaqt li tiżgura li żżommhom ilkoll kuntenti billi tissorvelja r-riżorsi, l-ikel, l-enerġija, it-trasport u kwistjonijet relatati man-natura. Ipprova ibni l-belt tiegħek fuq għaxart ijiem waqt li r-raħħal ma jkunx id-dar!
U, jekk taħseb li int ekoloġiku/a biżżejjed, ipprova wettaq il-missjonijiet ta’ Shaun! Ipprova solvi problema billi tiggwida lil Shaun u lill-merħla tiegħu u ssalva l-belt tiegħek.

 

Età minn 9 snin sa 12-il sena Ambjent u klima