Tgħallem u ilgħab
Jekk int student tal-iskola primarja jew sekondarja, dan hu fejn issib logħob, kompetizzjonijiet u kotba ta’ attività biex jgħinuk tiskopri l-UE b’mod divertenti, fil-klassi jew id-dar. Tista’ ssir taf aktar dwar l-istudju jew il-volontarjat barra minn pajjiżek.
Għallem u kkonnettja
Jekk int għalliem u tixtieq tgħin lill-istudenti tiegħek jitgħallmu dwar l-UE u kif din taħdem, dan huwa sors ta’ materjal għat-tagħlim għall-gruppi tal-etajiet kollha. Barra li ssib ispirazzjoni għall-pjanijiet tal-lezzjonijiet, tista’ wkoll tiskopri opportunitajiet ta’ networking ma’ skejjel u ma’ għalliema oħra fl-UE kollha.
X'hemm ġdid?
MERĦBA fir-Rokna tat-Tagħlim! Is-sit web ġdid fjamant li jikkombina r-Rokna għat-Tfal u r-Rokna għall-Għalliema.
Skopri x’inhi l-UE u x’tagħmel permezz tal-materjal ta’ tagħlim u l-logħob tagħna.
Kun af kollox dwar l-Elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju 2019 taħt kompetizzjonijiet u aħbarijiet.
Hawn issib riżorsi tajbin ħafna - sibtha tassew utli. U t-tfal ħadu gost ukoll jużaw il-materjal.
Jien użajt is-sit web biex nitgħallem aktar dwar l-istorja tal-UE u liema pajjiżi huma membri tagħha.