Mogħdija tan-navigazzjoni

kids-corner

Dwar l-Unjoni Ewropea

Dwar l-Unjoni Ewropea

Dwar l-Unjoni Ewropea

L-UE tipprova tagħmel il-ħajja tagħna aħjar b'ħafna modi. Tħares il-kampanja, tiżgura li l-ikel tagħna jkun sikur, tagħmel it-telefonati u l-messaġġi orħos, tiġġieled kontra l-kriminalità u ħafna, ħafna aktar.

L-UE taħdem ukoll biex ittejjeb il-ħajja tat-tfal u ż-żgħażagħ. Trid tkun taf drittijietek, x'għandek tistenna mid-dinja ta' madwarek u dak li m'għandekx għalfejn toqgħod għalih!

Hemm ħafna x'tiskopri - u dan hu l-aħjar post biex tibda. Iddeverti!

L-UE: x’inhi?

Inti x'taf dwar l-Unjoni Ewropea (UE)?

Kont taf li hemm aktar minn  500 miljun ruħ jgħixu fl-Unjoni Ewropea?

Kont taf li n-nies tal-Unjoni Ewropea jitkellmu 24 lingwa uffiċjali differenti?

U li l-Unjoni Ewropea nħolqot aktar minn 50 sena ilu meta kien hemm biss 6 pajjiżi u matul iż-żmien kibret għal 28 pajjiż?

Inti qatt smajt bil-bandiera Ewropea li għandha tnax-il stilla tad-deheb fuq sfond blu?

Iklikkja hawn biex issir taf ħafna iktar dwar l-UE!

Nesploraw l-Ewropa!

L-UE għandha 28 pajjiż membru Kull wieħed għandu storja, ġeografija u kultura differenti. Ara kemm taf b'din il-logħba - ilgħab waħdek jew sfida lil sħabek.

AQRA12+

Magna tal-Ivjaġġar fiż-Żmien

Ipprova dan il-kwiżż u skopri kemm taf dwar l-istorja tal-Ewropa. Tir fuq naviċella spazjali lejn it-tweġiba t-tajba, imma oqgħod attent minħabba l-meteoriti!

12+

NEURODYSSÉE

Ara kemm taf dwar l-UE u s-28 pajjiż membru tagħha meta jkollok ir-rwol ta' aljen li qed iżur il-pjaneta tagħna. Ilgħab waħdek jew sfida l-ħbieb - din il-logħba fiha ħafna taħbil il-moħħ!

12+

Kwizz dwar il-lingwi

aħseb li taf xi ħaġa dwar il-lingwi? Ara kemm taf permezz tal-kwiżż tagħna dwar il-lingwi Ewropej.

12+

Ditektivs tal-Patrimonju Kulturali

Il-logħba online “Ditektivs tal-Patrimonju Kulturali”, għal studenti ta’ bejn 10-12-il sena jew 13-15-il sena, hi parti mit-toolkit edukattiv għall-għalliema. Hi tipprovdi introduzzjoni għall-wirt kulturali tal-Ewropa u tagħti lok għal diskussjoni. Il-logħba tista’ tintlagħab f’pari jew fi gruppi, bl-għalliem bħala faċilitatur.

READ9+

Shaun is-Sostenibbli

Għin fil-bini ta' belt li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent għall-annimali li jgħixu fit-triq tal-Belt il-Kbira meta l-bidwi ma jkunx hemm! Żommhom ferħanin billi tieħu ħsiebhom filwaqt li tħares l-ambjent.

9+

Euro Run

Għin lil Anna u Alex iġemma muniti u karti tal-flus tal-UE - użati fi 19 il-pajjiż - l-ewro. Oqgħod attent - iċ-ċawl u l-brikkuni jridu flusek!

AQRA9+

LingwaGo!

L-UE għandha 24 lingwa uffiċjali. Identifikahom filwaqt li tevita l-brimb biex tirbaħ il-punti. Trid tħaffef!

9+

Logħba ta' memorja

Kull wieħed mis-28 pajjiż tal-UE għandu l-bandiera tiegħu. Ara jirnexxilekx tqabbel il-pari billi taqleb il-karti. Tgħallem xi jfissru l-kuluri ta' kull bandiera.

AQRA6+