investEU

Ħarsa ġenerali lejn il-proġetti

Iffiltra skont:

Energetikum – Laboratorju ħaj

Il-bini ta’ riċerka ta’ Energetikum fl-Università Awstrijaka tax-Xjenzi Applikati f’Burgenland hu faċilità sperimentali mill-aktar moderna u avvanzata. Ir-riċerkaturi jwettqu studji fuq l-operazzjonijiet tal-bini, billi jqisu l-imġiba tal-utent. L-għan hu li jinstabu modi li jimmassimizzaw il-kumdità filwaqt li jimminimizzaw l-użu tal-enerġija tal-bini.

Read more about Energetikum – Laboratorju ħaj Aqra aktar >

Sistemi għall-manipulazzjoni tal-wejfer tas-siliċju

Bis-saħħa ta’ self fil-qafas tal-inizjattiva tal-UE “Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa”, mechatronic systemtechnik minn Villach li tinsab fir-reġjun Awstrijak ta’ Carinthia tista’ tkompli tikber billi tiżviluppa magni ġodda. Il-kumpanija ila tissupplixxi sistemi speċjalizzati lill-klijenti fl-industrija tas-semikondutturi għal kważi 20 sena. Dan jiddistingwiha f’suq li qed jespandi b’mod rapidu.

Read more about Sistemi għall-manipulazzjoni tal-wejfer tas-siliċju Aqra aktar >

Innovazzjoni għal kulħadd

Taħt il-proġett InnoCámaras, il-kmamar tal-kummerċ Spanjoli jipprovdu finanzjament għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u dawk li jaħdmu għal rashom li jridu jżidu l-livelli ta’ innovazzjoni fin-negozji tagħhom. Il-benefiċjarji li jirċievu għotja, pariri u stediniet għal avvenimenti fejn ikunu jistgħu jaqsmu l-esperjenza u jtejbu l-ħiliet tagħhom.

Read more about Innovazzjoni għal kulħadd Aqra aktar >

viċinati mtejbin

Il-finanzjament tal-UE u l-investiment privat għamluha possibbli għall-kunsill ta’ Santa Coloma de Gramenet, fil-Katalonja li jirrinnova l-viċinati fiż-żona ta’ Serra d’en Mena. It-titjib jinkludi l-kostruzzjoni ta’ bini b’bosta funzjonijiet b’suq, librerija u crèche. Dan hu eżempju ta’ kif il-viċinati jistgħu jilqgħu aħjar lil dak li jkun u jkunu ekonomikament u ambjentalment sostenibbli.

Read more about viċinati mtejbin Aqra aktar >

Mużew tal-avjazzjoni f’Szolnok

Tlesta bil-finanzjament tal-UE, il-mużew interattiv tal-avjazzjoni RepTár f’Szolnok, l-Ungerija jinkludi spazju għall-wiri li jiġbor fih uħud mill-biċċiet uniċi tal-istorja tal-avjazzjoni. L-investiment ivvitalizza mill-ġdid ukoll id-distrett li qabel kien mitluq, bi ħwienet u kafejiet jiftħu maġenbu.

Read more about Mużew tal-avjazzjoni f’Szolnok Aqra aktar >

Ir-razzett Mangalica ta' Zsóka Fekete

Wara li ggradwat fix-xjenza tal-ikel, Zsóka Fekete stabbilixxiet ir-razzett tagħha fl-Ungerija b’għajnuna minn fondi tal-UE. Kellha l-għan li tnissel u tbigħ annimali ħajjin, tkabbar il-ħxejjex u li tagħmel il-prodotti tagħha stess billi tipproċessa l-laħam tal-majjal Mangalica, razza Ungeriża. Minn dak iż-żmien ’il hawn rebħet ħafna premjijiet prestiġjużi bil-prodotti tagħha.

Read more about Ir-razzett Mangalica ta' Zsóka Fekete Aqra aktar >

Tip ġdid ta’ test għall-allerġiji

B’finanzjament mill-UE, SenzaGen żviluppa test tal-allerġija. It-test ma jeħtieġ l-ebda ttestjar fuq l-annimali u jinvestiga jekk il-kimiċi li niġu f’kuntatt magħhom fil-ħajja ta’ kuljum humiex allerġeniċi. S’issa, ma kien hemm l-ebda metodu disponibbli biex jiġi ttestjat jekk is-sustanzi kimiċi jikkawżawx allerġija fil-passaġġ tal-arja. L-allerġija tal-passaġġ tal-arja hija problema li qed tikber. Kważi 10 % tal-popolazzjoni Żvediża u 4 % tal-Ewropej isofru mill-ażma. Dan huwa parzjalment minħabba li xi kimiċi li...

Read more about Tip ġdid ta’ test għall-allerġiji Aqra aktar >

Il-batterija l-aktar ekoloġika fid-dinja

Il-manifattur tal-batteriji Northvolt għandu l-għan li joħloq il-batterija l-aktar ekoloġika fid-dinja bl-użu tal-enerġija idroelettrika mit-Tramuntana tal-Iżvezja.

Bis-saħħa tal-finanzjament tal-UE, Northvolt jista’ jibni ċ-ċentru ta’ żvilupp tal-Laboratorji ta’ Northvolt, fejn se jiġu żviluppati u ttestjati l-batteriji qabel ma sseħħ il-produzzjoni fuq skala kbira f’fabbrika f’Skellefteå. Dan iċ-ċentru ta’ żvilupp se joħloq 400 impjieg.

Read more about Il-batterija l-aktar ekoloġika fid-dinja Aqra aktar >

L-integrazzjoni permezz tal-impjiegi

L-edukazzjoni u x-xogħol jippermettu lill-immigranti jintegraw fis-soċjetà Finlandiża. Il-proġett tal-Bond tal-Impatt Soċjali (SIB) għandu l-għan li jgħin 2.500 immigrant isibu xogħol u li jipprovdi setturi li qed jaffaċċjaw nuqqas ta’ ħaddiema. Għaddej matul l-2016-19, l-SIB għandu jiffranka lill-istat €28 miljun sa tmiem l-2022. Dan se jseħħ permezz ta’ tnaqqis fl-infiq soċjali u l-integrazzjoni, u dħul ogħla mit-taxxi.

Read more about L-integrazzjoni permezz tal-impjiegi Aqra aktar >

Ninvestu fil-futur tan-nies

L-UE qed tinvesti fl-assoċjazzjoni Comme Chez Nous, li toffri akkomodazzjoni ta’ emerġenza, kura tas-saħħa u taħriġ lil persuni fil-bżonn fil-Wallonja, il-Belġju. Dan jippermettilhom jerġgħu lura fuq saqajhom u bil-mod il-mod ikollhom rwol aktar attiv fis-soċjetà. Fl-2018, Comme Chez Nous ipprovdiet assistenza u kkowċjar lil 1,037 individwu.

Read more about Ninvestu fil-futur tan-nies Aqra aktar >

Pages