investEU
Aqsam

Ispirat mill-ġilda

Skinspiration joħloq kożmetiċi b’benefiċċji dermatoloġiċi

Dwar dan il-proġett

Imwaqqaf fl-2014, Skinspiration għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu f’Funchal, Madeira. Huwa jaħdem mal-fakultà tal-farmaċija tal-Università ta’ Liżbona dwar l-iżvilupp kliniku ta’ linja ta’ prodotti dermatoloġiċi. Il-kumpanija timmarkitja dawn tal-kosmetiċi fil-Portugall u issa tixtieq tistabbilixxi ruħha f’pajjiżi oħra.

Kożmetiċi innovattivi bbażati fuq ingredjenti tradizzjonali

Bi ftehim mal-fakultà tal-farmaċija tal-Università ta’ Liżbona u bl-appoġġ tal-UE, Skinspiration ħolqot il-kunċett tagħha “Kożmetiċi ta’ Era Ġdida Tradizzjonali". Dan jippermettilha timmassimizza l-potenzjal ta’ materja prima tradizzjonali permezz ta’ teknoloġija innovattiva.

Il-finanzjament tal-UE kkontribwixxa wkoll għal provi kliniċi, sensorjali u tas-sikurezza li wasslu għal formula bażi għal linja ta’ prodotti distinti. Imsemmija Skinsecret, din tinkludi krema tal-wiċċ, il-ġisem u l-idejn li ġejja mill-ħalib ta’ razza ta’ ħmir Portugiża bħala l-ingredjent speċjali tagħha.

Barra mill-Portugall, il-kumpannija diġà hija preżenti fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. L-għan issa huwa li tesplora swieq ġodda, bħar-Russja.

Fatti u figuri
  • Attiva fil-Portugall, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti tal-Amerika
  • Sħubija strateġika mal-fakultà tal-farmaċija tal-Università ta’ Liżbona
  • Linja ta’ prodotti ibbażati fuq il-ħalib minn razza tal-ħmir Portugiża, fuq il-moringa u r-rummien
Koordinatur:
Pedro Boavida (imsieħeb fundatur)
Imsieħba:
Il-Fakultà tal-Farmaċija tal-Università ta’ Liżbona (FFUL)
Lokalità:
Il-Portugall, Funchal, Madeira
Perjodu ta' żmien:
2013 - 2014
ECAS Login