investEU
Aqsam

Hydrama Grand Hotel

Maħżen tat-tabakk storiku jiġi restawrat u mibdul f’lukanda tradizzjonali

Dwar dan il-proġett

Mibni fl-1924, il-maħżen tat-tabakk storiku Hermann Spierer kien simbolu ta’ Drama, fit-Tramuntana tal-Greċja mindu kienet fl-aqwa tagħha bħala ċentru għall-produzzjoni tat-tabakk. Wara li ma ntużax bejn l-1974 u l-2016, il-bini ġie ttrasformat f’lukanda lussuża — Hydrama Grand Hotel — mill-intraprenditur Manolis Ledakis. Dan jippermetti li għal darb’oħra jerġa’ jaqdi rwol  fil-ħajja ta’ kuljum ta' din il-belt.

Minn maħżen mhux użat għal lukanda lussuża

Il-maħżen tat-tabakk Spierer kien mibni mill-arkitett Awstrijaku Konrad von Vilas għan-negozjant Żvizzeru tat-tabakk Herman Spierer. Il-bini ta’ 7.500 m² hu elenkat bħala monument protett tal-arkitettura industrijali bikrija ta’ bejn il-gwerer bi swali tal-ipproċessar imponenti u żoni għat-tnixxif tat-tabakk.

Aktar minn EUR 15-il miljun ta’ finanzjament għat-trasformazzjoni tiegħu f’lukanda kien assigurat mill-Qafas ta’ Referenza Strateġiku Nazzjonali 2007–13 tal-programm “Kompetittività u Intraprenditorija”. Dan inkluda kontribuzzjoni nazzjonali ta’ EUR 1.2 miljun u finanzjament tal-UE ta’ EUR 6.8 miljun. Aktar finanzjament ġie minn kapital privat u permezz ta’ self mill-Investment Bank of Greece taħt l-istrument finanzjarju JESSICA tal-UE.

“Minkejja d-diffikultajiet u l-ostakli kollha li ħabbatna wiċċna magħhom matul il-fażi ta’ kostruzzjoni tal-proġett, tlesta x-xogħol u l-lukanda issa iżżejjen il-belt u r-reġjun, u hija ċentru ta’ attrazzjoni għall-viżitaturi mill-Greċja u minn pajjiżi barranin,” qal il-proprjetarju Manolis Ledakis.

Fatti u figuri
  • 55 impjieg permanenti
  • 16,000 mistieden fis-sena
  • Monument storiku protett tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Ippjanar tat-Territorju u tax Xogħlijiet Pubbliċi u monument storiku protett tal-Ministeru tal-Kultura
  • Netwerking ma’ monumenti storiċi simili fil-Greċja u l-Ewropa u l-iżvilupp ta’ djalogu interkulturali
Koordinatur:
Il-Ministeru tal-Finanzi u l-Iżvilupp
Finanzjament mill-UE:
EUR 1 900 000
Imsieħba:
TACHYDOMI S.A.
Lokalità:
Il-Greċja, Drama
Perjodu ta' żmien:
2006 - 2016
ECAS Login