investEU
Aqsam

Trattament b’xejn għal tfal b’difetti tal-qalb

Il-proġett tal-kardjoloġija appoġġjat mill-UE jikseb rata għolja ta’ suċċess

Dwar dan il-proġett

Huwa stmat li bejn 1,500 u 2,000 tifel u tifla fir-Rumanija għandhom difetti konġenitali tal-qalb. Mingħajr it-trattament li għandhom bżonn, iċ-ċansijiet tagħhom ta’ sopravivenza huma minimi. Grazzi għall-proġett iffinanzjat mill-UE “100 qalb għal 100 tifel u tifla”, kardjologi pedjatri eżaminaw aktar minn 200 minn dawn it-tfal fl-2015. Wara dan l-eżami, 113-il tifel u tifla ġew trattati mingħajr ħlas permezz ta’ kateterizzazzjoni, ablazzjoni jew kirurġija b’rata ta’ suċċess ta’ 99.1%.

Madwar 300 tifel u tifla jirċievu trattament li jsalva l-ħajja

Immexxija mill-Università tal-Mediċina u l-Farmaċija ta’ Iași  fir-Rumanija, il-proġett “100 qalb għal 100 tifel u tifla” ipprovda taħriġ fil-kardjoloġija pedjatrika. Dan għamilha possibbli li madwar 300 tifel u tifla b’difetti konġenitali tal-qalb  jiġu ttrattati bejn l-2015 u l-2017.

Qabel, l-operazzjonijiet tal-qalb f’Iași kienu jitwettqu biss fuq it-tfal li għandhom ’il fuq minn 14-il sena. Issa qed isiru fuq tfal ta’ xahrejn.

“F’Iași, għandna grupp ċentrali ta’ speċjalisti tal-kardjoloġija pedjatrika li tħarrġu minn wieħed mill-aqwa speċjalisti fl-Ewropa. Aħna nistgħu neżaminaw, nidjanjostikaw u nittrattaw firxa wiesgħa ta’ patoloġiji, u t-taħriġ u t-trasferiment tal-għarfien għadhom għaddejjin,” jgħid il-maniġer tal-proġett Mihaela Tomaziu-Todosja.

L-għarfien miksub mill-proġett wassal biex programmi ta’ residenza Rumena jintroduċu l-kardjoloġija pedjatrika bħala speċjalizzazzjoni fl-2016, biex b’hekk l-istudenti kollha jingħataw aċċess online għall-korsijiet. Fil-Gala tal-Fondi Strutturali tar-Rumanija, il-proġett ġie t-tieni f’kategorija għal proġetti ffinanzjati mill-UE għall-promozzjoni tat-taħriġ professjonali u t-tagħlim tul il-ħajja.

Fatti u figuri
  • taħriġ fil-kardjoloġija pedjatrika għal 75 pedjatra u 160 assistent mediku
  • preparazzjoni f’ċentri speċjalizzati barra mill-pajjiż għal 20 tabib u 20 assistent mediku
  • fl-2015 biss, saru 113-il proċedura mingħajr ħlas
  • it-tim mediku li kien tħarreġ fil-kardjoloġija pedjatrika bis-saħħa tal-finanzjament mill-UE kellu 99 operazzjoni tal-qalb oħra fl-2016 u 70 oħra fl-2017
Koordinatur:
Universitatea de Medicină și Farmacie Gr. T. Popa (L-Università tal-Mediċina u l-Farmaċija ta’ Iași)
Finanzjament mill-UE:
EUR 4 700 000
Imsieħba:
Prof. dr. George I.M. Georgescu, Cardiovascular Disease Institute (IBCV)
Lokalità:
Ir-Rumanija, Iași
Perjodu ta' żmien:
2015 - 2015
ECAS Login