investEU
Aqsam

L-UE tinvesti f’enerġija nadifa

Il-wind farm Żvediż jipprovdi 40,000 persuna b’elettriċità rinnovabbli

Dwar dan il-proġett

Il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-kumpanija tal-investiment Mirova u d-ditta tal-enerġija mir-riħ Eolus iffinanzjaw flimkien il-kostruzzjoni tal-wind farm ta’ Långmarken f’Värmland, fl-Iżveżja. Hu jikkonsisti fi 8 turbini li se jwasslu enerġija rinnovabbli lil 40,000 persuna għas-snin li ġejjin, filwaqt li jnaqqas l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u fl-istess ħin joħloq l-impjiegi

Enerġija ambjentali mill-irjieħat tal-Lag Vänern fl-Iżveżja

Minn nofs is-snin tal-2000 ’l hawn, l-investiment fl-enerġija tar-riħ żdied b’mod rapidu fl-Iżveżja. Wieħed mill-aħħar riżultati ta’ dan hu l-wind farm ta’ Långmarken, li fetaħ f’Ġunju 2017.

Lokalizzat f’Värmland fuq ix-xtut ta’ Vänern, l-akbar lag tal-UE, il-farm jibbenefika mill-irjieħat qawwija taż-żona.

It-8 turbini tiegħu jipproduċu madwar 80 miljun siegħa kilowatt ta’ elettriċità fis-sena, biżżejjed għal madwar 40,000 persuna.

Il-wind farm ta’ Långmarken jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri tal-Iżveżja u tal-UE għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju. Il-kostruzzjoni tiegħu kienet iffinanzjata mill-Bank Ewropew tal-Investiment, mill-kumpanija Mirova u mid-ditta tal-enerġija tar-riħ Eolus.

Fatti u figuri
  • il-wind farm ta’ Långmarken kien l-ewwel proġett fl-Iżveżja ffinanzjat mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi
  • 6 mit-8 turbini tal-wind farm inxtraw mill-BEI u minn Mirova permezz tal-fond għall-investiment fl-enerġija rinnovabbli Mirova-Eurofideme 3 tagħha
  • il-lokazzjoni ta’ Långmarken fuq ix-xtut ta’ Vänern, l-akbar lag tal-UE, hi ideali għal forniment regolari ta’ riħ qawwi
  • il-wind farm se jipproduċi 80 million siegħa kilowatt  ta’ elettriċità fis-sena, biżżejjed għal 40,000 persuna
Koordinatur:
Mirova
Imsieħba:
Eolus, Mirova
Lokalità:
l-Isvezja, Kristinehamn, Värmland
Perjodu ta' żmien:
2016 - 2018
ECAS Login