investEU
Aqsam

Elmu b’airbag għaċ-ċiklisti

Elmu protettiv ġdid milbus bħala kullar madwar l-għonq

Dwar dan il-proġett

Il-kumpanija Hövding ibbażata f’Malmö żviluppat elmu għaċ-ċiklisti innovattiv wara snin ta’ riċerka u ta’ żvilupp. Hu ddisinjat bħala kullar diskret milbus madwar l-għonq. Il-kullar fih airbag mitwija li tinfetaħ u tiksi ras iċ-ċiklist f’każ ta’ aċċident.

Innovazzjoni Żvediża tipproduċi airbag għaċ-ċiklisti

Għalkemm iċ-ċikliżmu hu popolari ħafna fl-Iżvezja, 30% biss tas-sewwieqa jilbsu elmu. Il-liġi tal-2005 għamlithom mandatarji għat-tfal, wara diskussjoni pubblika dwar l-importanza tagħhom u tat l-idea kummerċjali liż-żewġ intraprendituri żgħażagħ.

Segwew diversi snin ta’ riċerka u ta’ żvilupp iffinanzjati mill-UE dwar il-funzjonijiet tal-utent, li wasslu għall-ħolqien ta’ Hövding, tip ġdid ta’ elmu għaċ-ċiklisti. Airbag mitwija hi mpoġġija f’kullar diskret madwar l-għonq u tespandi biex tipproteġi ras is-sewwieq waqt l-impatt.

Ir-riżultati juru li Hövding joffri sa 8 darbiet aktar protezzjoni minn elmijiet konvenzjonali.

L-airbag tinfetaħ 0.1 ta’ sekonda wara l-ħabta u tassorbixxi l-impatt 3 darbiet aktar minn elmu regolari. Hu pproteġa ċ-ċiklisti f’aktar minn 1,300 każ dokumentat. Inbiegħu aktar minn 62,000 elmu u jinsabu fis-suq f’16-il pajjiż Ewropew u fil-Ġappun.

Fatti u figuri
  • Hövding irċeviet €1.37 miljun mill-programm Orizzont 2020 tal-UE
  • il-kumpanija qed tesperjenza żieda qawwija fil-bejgħ (60-100%), iffukat fl-Ewropa ta’ fuq
  • madwar 62,000 elmu nbiegħu bejn l-2011-17, nofshom bejn l-2016-17
  • Hövding hi preżenti fi 17-il suq nazzjonali
  • ġew rikordjati aktar minn 1,300 aċċident li fihom l-elmi Hövding ipproteġew ċiklisti
Koordinatur:
Fredrik Carling, CEO
Imsieħba:
Ateknea
Lokalità:
l-Isvezja, Malmö
Perjodu ta' żmien:
2016 - 2020
ECAS Login