investEU

Kif jaħdem il-finanzjament tal-UE

L-investimenti tal-UE jgħinu fit-twelid jew fl-iżvilupp ta’ ideat u proġetti kbar minn madwar il-kontinent. Minħabba li l-finanzjament miftuħ għal kulħadd – minn individwi għal kumpaniji ta’ kull daqs – kif ukoll organizzazzjonijiet u gvernijiet lokali, reġjonali u nazzjonali, l-investiment tal-UE għamel differenza fil-ħajjiet ta’ miljuni ta’ persuni minn madwar l-Ewropa. Il-finanzjament huwa disponibbli f’diversi modi, inklużi għotjiet, self u garanziji, sussidji, premjijiet u kuntratti pubbliċi.

L-investiment tal-UE kif joħloq l-opportunitajiet?

Appoġġ biex jinbdew proġetti, għotjiet u skemi mfassla apposta u disponibbli f’kull stadju u età tal-ħajja, self intelliġenti li jiskatta investimenti addizzjonali, finanzjament immirat għall-modernizzazzjoni, l-iżvilupp u l-interkonnessjoni. L-Unjoni Ewropea tinvolvi opportunitajiet li jipproduċu benefiċċji konkreti, jagħtu spinta lill-ħolqien ta’ xogħolijiet u jagħmlu differenza fuq livell lokali.

Aqra aktar

Skopri kif ninvestu

Issieħeb fil-kampanja

L-investimenti tal-UE jiskattaw titjib li jaffettwa l-ħajja tagħna ta’ kuljum. Il-kampanja investEU tirrakkonta l-istejjer bl-appoġġ tal-UE li ta bidu lil proġetti, jikkontribwixxi għal aktar impjiegi, edukazzjoni aħjar, kura tas-saħħa u infrastruttura tat-trasport modernizzati, enerġija u teknoloġija moderna aktar ekoloġiċi, kullimkien fl-Ewropa.
Il-kampanja investEU ġiet maħsuba biex tippermetti sħubiji. Din il-paġna hija ddedikata għal kwalunkwe parti terza interessata fl-approvazzjoni jew il-branding konġunt ta’ din il-kampanja bħala parti mill-attivitajiet tagħha. Għall-promozzjoni tal-azzjoni tal-UE għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment tista’ tuża l-materjali kollha flimkien mal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tiegħek.

Kun af aktar

L-istejjer wara l-investimenti tal-UE

Wara kull investiment tal-UE, hemm stejjer ta’ nies. Stejjer ta’ rekluti ġodda, ħaddiema, bdiewa, awtoimprendituri, tfal tal-iskola, apprendisti, apikulturisti, riċerkaturi, negozjanti, studenti, utenti tat-trasport, artiġjani... Huma jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jitkellmu dwar l-esperjenza tagħhom. Din il-pjattaforma tqiegħed enfasi fuq ġabra ta’ stejjer li qed iseħħu fl-UE bħalissa.

Ara l-proġetti kollha

Kif tikseb finanzjament għall-proġett tiegħek

Sib sejħiet miftuħa u li sejrin joħorġu għal proposti ta’ finanzjament, ikseb informazzjoni ta’ sfond dwar proċessi u programmi ta’ finanzjament, u applika onlajn.

Kun af aktar

ECAS Login