investEU
L-Unjoni Ewropea hija dwar opportunitajiet

L-UE qed tinvesti fil-futur tiegħek. F'kull pajjiż fl-Unjoni, ir-riżultati huma viżibbli.

L-opportunità tibda hawnhekk

Ninvestu fil-futur tan-nies

L-UE qed tinvesti fl-assoċjazzjoni Comme Chez Nous, li toffri akkomodazzjoni ta’ emerġenza, kura tas-saħħa u taħriġ lil persuni fil-bżonn fil-Wallonja, il-Belġju. Dan jippermettilhom jerġgħu lura fuq saqajhom u bil-mod il-mod ikollhom rwol aktar attiv fis-soċjetà. Fl-2018, Comme Chez Nous ipprovdiet assistenza u kkowċjar lil 1,037 individwu.

Aqra aktar >

Għajnuna lir-refuġjati biex isibu x-xogħol

Mill-2016 ’l hawn, il-proġett start2work ta’ Caritas Vorarlberg ilu jgħin refuġjati bid-dritt li jibqgħu fl-Awstrija biex isibu impjiegi. Appoġġjat bi kważi €800,000 f’finanzjament tal-UE, il-proġett jipprovdi lezzjonijiet bil-Ġermaniż, ikkowċjar u taħriġ prattiku. Hu jintroduċi wkoll ir-refuġjati għall-ambjent tax-xogħol f’kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju fl-istat ta’ Vorarlberg, fejn jistgħu jagħmlu kuntatti ġodda.

Kun af aktar >

E2C: irdoppja ċ-ċans li tirnexxi

Skejjel tat-Tieni Opportunità (E2C) joffru programmi mfassla apposta, differenti minn dawk ta’ skejjel regolari, għal dawk li waqfu mill-iskola qabel iż-żmien li għandhom bejn 16 u 25 sena. Dan jagħti ċans ieħor liż-żgħażagħ motivati jsibu posthom fis-suq tax-xogħol u fl-integrazzjoni soċjali u ċivika.

Aqra aktar >

Esplora l-istejjer wara l-investiment tal-UE Esplora l-istejjer wara l-investiment tal-UE
Esplora l-istejjer wara l-investiment tal-UE ARA L-LISTA SĦIĦA

Stejjer dwar l-investiment tal-UE
Aqsam

L-elezzjonijiet Ewropej 23 - 26 ta' Mejju 2019 Iva, did-darba se nivvota
ECAS Login