investEU

Din l-istqarrija ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar
l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.

Operazzjoni tal-ipproċessar: Il-kampanja “InvestEU”

Kontrollur tad-Data: Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, Direttorat B – Strateġija u Komunikazzjoni Korporattiva, unità B1

Referenza tar-rekord:  DPR-EC-00077

Werrej

  1. Introduzzjoni
  2. Għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek? U kif?
  3.  Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek?
  4. Liema data personali niġbru u nipproċessaw iktar?
  5. Għal kemm żmien inżommuha d-data personali tiegħek?
  6. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?
  7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?
  8. X’inhuma drittijietek u kif tista’ teżerċitahom?
  9. Informazzjoni ta’ kuntatt
  10. Fejn tista’ ssib informazzjoni iktar dettaljata?

  1. Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tipproċessa iktar id-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

Din l-istqarrija tal-privatezza tispjega għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru u nittrattaw id-data personali kollha li tiġi pprovduta kif ukoll kif niżguraw il-protezzjoni tagħha, kif dik l-informazzjoni tintuża, u liema drittijiet għandek b’rabta mad-data personali tiegħek. Tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

L-informazzjoni relatata mal-operazzjoni tal-ipproċessar Il-kampanja “InvestEU” imwettqa mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, id-Direttorat B — l-Istrateġija u l-Komunikazzjoni Korporattiva, l-unità B1 (minn hawn’ il quddiem: DG COMM.B1)  hi ppreżentata hawn taħt.

  1. Għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek? U kif?

Il-kampanja “InvestEU” tirrakkonta l-istejjer ta’ kif il-finanzjament tal-UE, b’mod ġenerali, joħloq l-impjiegi, jagħti ħajja ġdida lill-komunitajiet u jibdel il-ħajjiet. Din tippromwovi aktar minn 100 proġett iffinanzjat mill-UE u tikkomunika l-impatt tagħhom permezz ta’ prodotti tal-internet u tal-midja soċjali, ir-reklamar, ir-relazzjonijiet mal-istampa u s-sħubijiet.

Il-fini tal-operazzjoni tal-ipproċessar: DG COMM.B1  jiġbor u juża l-informazzjoni personali tiegħek biex jippreżenta eżempji reali ta’ azzjonijiet tal-UE li jużaw l-istejjer ta’ benefiċjarji reali. Barra minn hekk, għal finijiet ta’ promozzjoni jsir xi ġbir ta’ data (data ta’ kuntatt tal-partijiet ikkonċernati, data ta’ kuntatt tal-mezzi tax-xandir u tal-ġurnalisti). Id-data tiegħek tintuża esklussivament għall-finijiet tal-attivitajiet tal-kampanja.

Id-data tiegħek se tinġabar manwalment, permezz tal-kuntrattur (WPP, konsorzju mmexxi minn Ogilvy Group SA).

Id-data personali tiegħek mhijiex se tintuża għat-teħid awtomatizzat tad-deċiżjonijiet, inkluż it-tfassil ta’ profili.

  1. Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek

Niġbru u nipproċessaw id-data personali tiegħek, minħabba li:

(a) l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni;

jew b'mod alternattiv,

(b) is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu jew tagħha għal fini speċifiku wieħed jew aktar.

L-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Kummissjoni Ewropea mwettqa fl-interess pubbliku, kif previst fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Aħna niżguraw li jiġu implimentati salvagwardji adegwati u speċifiċi għall-ipproċessar ta’ data personali, f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

  1. Liema data personali niġbru u nipproċessaw iktar?

Sabiex titwettaq din l-operazzjoni tal-ipproċessar id-DG COMM.B1 jiġbor il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

Isem, Kunjom, Età, Data tat-twelid, Sess, Nazzjonalità, Post ta’ residenza, Titlu, Isem tal-kumpanija, Isem tal-pubblikazzjoni tal-midja/tal-organizzazzjoni, Numru tat-telefown, Email, Indirizz postali, Indirizz tal-IP, ġeolokazzjoni, kontijiet tal-Midja Soċjali u, bil-kunsens minn qabel, Ritratti, Filmati, Reġistrazzjonijiet tal-vuċi wkoll.

Il-forniment ta’ data personali mhuwiex obbligatorju.

  1. Għal kemm żmien inżommuha d-data personali tiegħek?

DG COMM.B1 iżomm biss id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew aktar ipproċessar, jiġifieri għal perijodu massimu ta’ tnax-il xahar wara li tintemm il-kampanja “InvestEU” (id-data tat-tmiem proviżorja hija l-31 ta’ Ottubru 2019, il-kampanja tista’ tiġi estiża). Id-data se titħassar awtomatikament fi tmiem dan il-perjodu.

  1. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data personali kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet ta’ data mtellgħa, eċċ.) jinħażnu jew fuq is-servers tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq dawk tal-kuntratturi tagħha. L-operazzjonijiet tal-ipproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

Hemm servers tal-aġenziji tad-WPP lokalizzati fl-UE.

Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbuta bi klawsola kuntrattwali speċifika għal kwalunkwe operazzjoni ta’ pproċessar tad-data tiegħek f’isem il-Kummissjoni, u bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jirriżultaw mit-traspożizzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fl-Istati Membri tal-UE ( ir-Regolament (UE) 2016/679 tar-RĠPD).

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf tad-data, it-tibdil tad-data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar.

  1. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

L-aċċess għad-data personali tiegħek hu pprovdut lill-istaff tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar u lill-istaff awtorizzat skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Dan il-persunal jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

Aħna nistgħu nikkondividu ismek, kunjomok u l-organizzazzjoni tiegħek mal-parteċipanti l-oħra tal-kampanja.

Fil-kampanja, il-pubbliku ġenerali se jkollu aċċess biss għall-isem u l-kunjom u - jekk applikabbli - it-titlu tal-impjieg kif ukoll kwalunkwe ritratt jew video maħluq b’kunsens minn qabel għall-iskop tal-kampanja.

  1. X’inhuma drittijietek u kif tista’ teżerċitahom?

Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa, tikkoreġi jew tħassar id-data personali tiegħek u d-dritt li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Fejn applikabbli, għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data.

Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li jitwettaq legalment skont l-Artikolu 5(1)(a).

Inti tajt il-kunsens tiegħek li tipprovdi d-data personali tiegħek lid-DG COMM.B1 għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il-kunsens.

Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tinsab fl-Intestatura 9 hawn taħt.

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ pproċessar speċifika waħda jew aktar, fit-talba tiegħek ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-referenza/i tar-reġistrazzjoni tagħhom kif speċifikat fl-Intestatura 10 hawn taħt).

  1. Informazzjoni ta’ kuntatt
  • Il-Kontrollur tad-Data

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, ikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, DG COMM.B1 ( COMM-INVESTEU@ec.europa.eu).

  • L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni

Inti tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu) fil-każ ta’ kwistjonijiet marbuta mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

  • Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)

Għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) jekk jidhirlek li d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 inkisru b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.

  1. Fejn tista’ ssib informazzjoni iktar dettaljata?

L-uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni, li jkunu ġew dokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru bil-link li ġej: http://ec.europa.eu/dpo-register.

Din l-operazzjoni ta’ pproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-Rekord li ġejja: DPR-EC-00077.

ECAS Login