- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
Il-politika konġunta tal-affarijiet barranin u tas-sigurtà tal-UE, maħsuba biex issolvi l-kunflitti u trawwem il-fehim internazzjonali, hija bbażata fuq id-diplomazija u r-rispett tar-regoli internazzjonali. Il-kummerċ, l-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp ukoll għandhom rwol importanti fir-rwol internazzjonali tal-UE.
Il-politika tal-affarijiet barranin u ta' sigurtà tal-UE tfittex li
L-UE żżomm sħubijiet mal-pajjiżi l-oħra ewlenin fid-dinja, inklużi l-qawwiet emerġenti u l-gruppi reġjonali. Hi tfittex li tiżgura li dawn ir-relazzjonijiet ikunu bbażati fuq l-interess u l-benefiċċji reċiproki.
L-UE m’għandhiex armata fissa u għalhekk tiddependi fuq forzi ad hoc mibgħuta mill-pajjiżi tal-UE. L-UE tista’ tibgħat missjonijiet fil-postijiet fid-dinja fejn hemm l-inkwiet; biex jimmonitorjaw u jippreservaw il-liġi u l-ordni, jipparteċipaw fl-isforzi għaż-żamma tal-paċi jew jipprovdu għajnuna umanitarja lill-popolazzjonijiet affettwati.
Is-Servizz għall-azzjoni esterna (SEAE) hu l-korp diplomatiku tal-UE. Network ta' aktar minn 140 delegazzjoni u uffiċċji mad-dinja kollha jippromwovi u jipproteġi l-valuri u l-interessi tal-UE.
Fil-politika tal-affarijiet barranin, l-entità tat-teħid tad-deċiżjonijiet finali fl-UE hi l-Kunsill Ewropew li fih il-kapijiet ta’ stat u tal-gvernijiet tal-pajjiżi tal-UE. Ħafna mid-deċiżjonijiet tal-politika tal-affarijiet barranin u ta' sigurtà jeħtieġu l-qbil tal-pajjiżi kollha tal-UE.