Unjoni Ewrope

L-Ambjent

L-Ambjent

Lejn Ewropa aktar ekoloġika u aktar sostenibbli

Iċ-ċittadini Ewropej jibbenefikaw minn uħud mill-ogħla standards ambjentali fid-dinja. L-UE u l-gvernijiet nazzjonali stabbilixxew objettivi ċari biex jiggwidaw il-politika Ewropea dwar l-ambjent sal-2020 u viżjoni lil hinn minn hekk, fejn għandna naslu sal-2050, bl-appoġġ ta’ programmi ta’ riċerka, leġiżlazzjoni u finanzjament iddedikati:

  • il-protezzjoni, il-konservazzjoni u t-tisħiħ tal-kapital naturali tal-Unjoni;
  • biex l-UE tinbidel f'ekonomija b'livell baxx tal-karbonju, effiċjenti fir-riżorsi, ekoloġika u kompetittiva
  • is-salvagwardja taċ-ċittadini tal-UE minn pressjonijiet u minn riskji għas-saħħa u l-benesseri relatati mal-ambjent

 

Għaddejja ħidma f’bosta oqsma għall-protezzjoni tal-ispeċijiet fil-periklu u ż-żoni naturali tal-UE, biex ikun żgurat ilma sikur għax-xorb u għall-għawm, għat-titjib tal-kwalità tal-arja u l-ġestjoni tal-iskart, u t-tnaqqis tal-effetti ta’ sustanzi kimiċi dannużi.

Il-protezzjoni ambjentali u l-innovazzjoni jgħinu biex jinħolqu negozji u opportunitajiet ta’ xogħol ġodda, li jistimulaw aktar investiment. It-tkabbir ekoloġiku huwa fil-qalba tal-politika tal-UE biex ikun żgurat li t-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa jkun ambjentalment sostenibbli. L-UE għandha wkoll rwol ewlieni fil-promozzjoni ta’ żvilupp sostenibbli fuq livell globali.

Back to top