- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
L-UE tappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jipprovdu l-aqwa edukazzjoni u taħriġ għaċ-ċittadini tagħhom. Tippromwovi wkoll il-multilingwiżmu fl-Ewropa, billi tgħin fit-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi, tinkoraġġixxi l-mobilità tal-istudenti, tat-trainees, tal-għalliema u taż-żgħażagħ, u tiffaċilita l-iskambji ta’ informazzjoni u esperjenza.
L-UE tistabbilixxi l-qafas għall-pajjiżi tal-UE biex jiskambjaw l-aħjar prattiki u jitgħallmu minn xulxin, bil-għan li:
Biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-qafas tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-UE timplimenta politiki f’setturi bħal:
Fil-qasam taż-żgħażagħ, l-UE tistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni fost l-Istati Membri permezz tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ .
Permezz tal-programm Erasmus+, l-UE tipprovdi wkoll finanzjament, għodod u riżorsi għal individwi, organizzazzjonijiet u riforma tal-politika, f’oqsma bħal:
Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà joħloq opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jagħmlu volontarjat jew jaħdmu fi proġetti f’pajjiżhom stess jew barra mill-pajjiż li jgawdu minnhom komunitajiet u nies madwar l-Ewropa.
Tgħallem dwar il-possibbiltajiet kollha għalik biex tistudja fl-Ewropa.
Dan il-kontenut ma jinstabx bil-lingwa tieghek.
Dan il-video jiggwidak pass pass tul il-vjaġġ lejn il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà mill-proċess tas-selezzjoni sa tmiem il-kollokament tiegħek.
Dan il-kontenut ma jinstabx bil-lingwa tieghek.