Unjoni Ewrope

Kompetizzjoni

Kompetizzjoni

Preservazzjoni u promozzjoni tal-prattika tal-kompetizzjoni ġusta

Ir-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni huma mfassla biex jiżguraw kundizzjonijiet ġusti u ugwali għan-negozji, filwaqt li jitħalla spazju għall-innovazzjoni, standards unifikati u l-iżvilupp ta’ negozji żgħar.

Il-Kummissjoni Ewropea timmonitorja u tinvestiga l-prattiki kontra l-kompetizzjoni, il-mergers u l-għajnuna mill-Istat biex tassigura kundizzjonijiet ekwi għan-negozji tal-UE, filwaqt li tiggarantixxi l-għażla u l-ipprezzar ġust għall-konsumaturi.

Il-kumpaniji l-kbar ma jistgħux jużaw is-setgħa tan-negozju tagħhom biex jimponu kundizzjonijiet li jagħmluha aktar diffiċli għall-fornituri jew il-klijenti tagħhom li jwettqu negozju mal-kompetituri tagħhom. Il-Kummissjoni tista’ timmulta lill-kumpaniji għal din il-prattika, għax twassal għal prezzijiet ogħla u/jew inqas għażla għall-konsumaturi.

Is-setgħat tal-Kummissoni li tinvestiga u twaqqaf il-kontravvenzjonijiet tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE huma soġġetti għal għadd ta’ sistemi ta’ kontrokontrolli, kif ukoll stħarriġ ġudizzjarju sħiħ mill-Qrati Ewropej.

L-UE hi wkoll fuq quddiem fil-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni biex tippromwovi u tipproponi l-aħjar prattika. Hi kienet membru fundatur tan-network Internazzjonali dwar il-kompetizzjoni (ICN), u sħab mal-korpi globali u nazzjonali biex tivvaluta ksur possibbli tal-kompetizzjoni.

Back to top