- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
Trid tinvolvi ruħek fit-tfassil tal-politiki Ewropej? Hemm diversi għażliet miftuħin għalik:
L-UE għandha tilleġiżla dwar xi kwistjoni importanti għalik? Ikkunsidra tibda inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi att legali. L-inizjattiva tiegħek trid turi appoġġ mifrux. Dan ifisser li din għandha tiġi ffirmata minn miljun ċittadin tal-UE, minn mill-inqas kwart tal-pajjiżi tal-UE (7 minn 27).
Ir-Regolament dwar l-inizjattivi taċ-ċittadini bħalissa qed jiġi rivedut — aktar tagħrif.
Iċ-ċittadini tal-UE u l-persuni li jgħixu fl-UE jistgħu jagħmlu petizzjoni lill-Parlament dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ xi politika tal-UE li tolqothom direttament, bħalma jistgħu jagħmlu wkoll il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet oħra li għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fl-UE.
L-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni Ewropea, pereżempju, fetħet aktar opportunitajiet biex tikkontribwixxi għat-tfassil tal-politika tal-UE. Għid tiegħek permezz ta’:
Il-liġi tal-UE tista’ ssir aktar effettiva u effiċjenti? Ibgħat l-idea tiegħek permezz ta’ Ħaffef il-piż.
SINAPSE e-communities huma mod kif esperti jagħtu kontribut għat-tfassil tal-politika tal-UE.
Id-Djalogi taċ-Ċittadini huma miżmuma f’ibliet madwar l-UE. Dawn joffrulek opportunitajiet biex tiddiskuti kwistjonijiet li tinsab imħasseb dwarhom mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u korpi oħra tal-UE.
Għaddejja konsultazzjoni online ukoll. Billi tipparteċipa tista' tinvolvi ruħek biex tgħin issawwar il-futur tal-UE.
Tista':
Inti tirrappreżenta organizzazzjoni jew taħdem għal rasek f’attivitajiet li jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet?
Jekk iva, abbona fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE.
Demokrazija Parlamentari miftuħa għal kulħadd: li tniedi Inizjattiva taċ-Ċittadini għal leġiżlazzjoni ġdida tal-UE hi kkumplikata ħafna imma tista' tkun ta' sodisfazzjon kbir (28/05/2012).
Għandek xi lment jew xi talba li għandha x'taqsam ma' waħda mill-oqsma ta' attività tal-UE? Qabel ma tibagħta lill-Kumitat tal-Petizzjonijiet ara ftit kif taħdem. (29/03/2012).
Ir-regoli l-ġodda għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej issawru mill-kontribut ta’ eluf ta’ ċittadini u organizzazzjonijiet fl-UE kollha. Dawn se jiffaċilitaw it-tnedija u l-appoġġ tal-inizjattivi taċ-ċittadini li jitolbu bidliet konkreti fil-liġijiet tal-UE.