Unjoni Ewrope

Europa Analytics

Europa Analytics huwa s-servizz korporattiv li jissorvelja u jevalwa l-effettività u l-effiċjenza tas-sit web  Europa.eu. Juża l-pjattaforma analitika b'sors miftuħ Piwak li taħdem fuq il-webserver PHP/MySQL. L-istanza installata hija totalment ikkontrollata mill-Kummissjoni Ewropea u hija konformi mal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. Piwik hija konformi mal-liġijiet tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE kif iddikjarat, fost oħrajn, fid-dokumenti hawn taħt: Dan ifisser li tiżgura l-protezzjoni tad-dejta tal-utenti finali permezz ta’ karatteristiċi bħall-anonimizzazzjoni tad-dejta tas-sors u l-mekkaniżmi ta’ esklużjoni għall-utenti.

L-aspetti ta' protezzjoni tal-privatezza ta' Europa Analytics ġew ivvalidati mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-Kummissjoni Ewropea.

Miżuri ta’ privatezza

Cookies tal-ewwel parti

Europa Analytics hija mfassla b'tali mod li tuża d-dominju tat-tieni livell europa.eu (użat mis-siti web tal-istituzzjonijiet Ewropej) u li jaħżnu cookies tal-ewwel parti li jiskadu wara 13-il xahar. Cookie hija biċċa dejta ċkejkna li sit web jitlob lil viżitatur biex jaħżinha fuq il-kompjuter jew it-tagħmir tal-mowbajl.

Il-cookies użati minn Europa Analytics jippermettu lill-KE tirreġistra l-informazzjoni li ġejja dwar il-viżitaturi:

  • Indirizz IP (anonimizzat)
  • Post: pajjiż, reġjun, belt, latitudni u l-lonġitudni approssimattivi (Ġeolokazzjoni)
  • Data u ħin tat-talba (żjara fis-sit)
  • Titolu tal-paġna murija (Titlu tal-Paġna)
  • URL tal-paġna murija (URL tal-Paġna)
  • URL tal-paġna li ntweriet qabel tirreferi l-paġna attwali (URL Riferjali)
  • Riżoluzzjoni tal-iskrin tal-apparat tal-utent
  • Il-ħin fiż-żona lokali tal-viżitaturi
  • Fajls li ġew ikklikkjati u mniżżla (Download)
  • Links għal dominju estern li ġew ikklikkjati (Outlink)
  • Il-ħin ta’ ġenerazzjoni tal-paġni (il-ħin li jdumu l-paġni web biex jiġu ġġenerati mill-webserver u mbagħad biex jitniżżlu mill-klijent: Veloċità tal-paġna)
  • Il-lingwa prinċipali tal-browser li qed tintuża (Accept-Language header)
  • Il-verżjoni tal-browser, plugins tal-browser (PDF, Flash, Java, ...) il-verżjoni tas-sistema operattiva, l-identifikatur tat-tagħmir (User-Agent header)
  • Lingwa tal-paġna li żar l-utent
  • Kampanji
  • Tfittxija tas-Sit
  • Avvenimenti

Biex tittejjeb il-preċiżjoni tar-rapporti li jiġu prodotti, l-informazzjoni tinħażen ukoll f’cookies tal-ewwel parti u mbagħad tinġabar minn Europa Analytics:

  • ID każwali uniku tal-viżitatur
  • Ħin tal-ewwel żjara għall-viżitatur speċifiku
  • Ħin taż-żjara ta' qabel għall-viżitatur speċifiku
  • Għadd ta' żjarat għall-viżitatur speċifiku

Id-dejta miġbura ma fiha ebda informazzjoni personali u ma tistax tintuża biex tidentifika viżitatur partikolari. Ma tingħata lil ebda organizzazzjoni oħra għal skopijiet ta' promozzjoni, riċerka tas-suq jew kummerċjali. Cookies persistenti ma jkun fihom ebda informazzjoni personali; Piwik tiġġenera ID każwali li tippermetti lil Europa Analytics tjidentifika meta utent jirritorna fis-sit. Il-cookies persistenti kollha jkollhom data ta’ skadenza (jiġifieri 13-il xahar), u wara dan jitneħħew awtomatikament mill-apparat tal-utent.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha r-responsabbiltà sħiħa u l-kontroll kollu tad-dejta miġbura permezz ta’ cookies tal-ewwel parti u t-tags billi taħżen id-dejta fuq servers kompletament proprjetà ta’ u kkontrollati mill-Kummissjoni Ewropea.

Karatteristiċi ta’ esklużjoni

B'mod awtomatiku, dawk li jżuru s-sit web jiġu ttraċċjati permezz tal-cookie persistenti tal-ewwel parti minn Europa. Tista’ tagħżel li ma tiġix intraċċat minn Piwik (esklużjoni). Jekk tbiddel fehmtek, tista’ tagħżel li terġa tiġi ntraċċat għal darb’ oħra b’piwik (inklużjoni).

Il-Cookie 'piwik_ignore'

Biex tiċċekkja l-istatus tiegħek ta’ bħalissa u tagħmel l-għażla tiegħek, immarka l-kaxxa korrispondenti fit-test li jidher hawn taħt.

Il-Kummissjoni Ewropea tamministra l-paġni tagħha fuq l-internet (ec.europa.eu). Żur il-paġna tal-avviż legali tal-Kummissjoni Ewropea biex tagħżel li ma tiġix intraċċat f'dawn il-paġni.

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE apparti l-Kummissjoni Ewropea (jiġifieri l-Parlament Ewropew) attwalment jużaw sistema ta’ Analiżi tagħhom stess. Żur il-paġna tal-avviż legali tagħhom għal aktar informazzjoni 

Meta tagħżel li ma tiġix intraċċat minn Piwik ma tkunx qed taffettwa l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek fuq siti oħra ta' Europa.

Il-preferenza "do not track"

"Do Not Track" hija teknoloġija li tippermetti lill-viżitaturi jeskludu ruħhom milli jiġu ntraċċati minn siti web tkun xi tkun ir-raġjuni inkluż l-użu ta' servizzi analitiċi, netwerks ta' reklamar, u pjattaformi soċjali. Biex tattiva l-għażla "do not track" fil-browser tiegħek:

Europa Analytics jirrispetta l-preferenza tal-viżitaturi u ma jsegwix il-viżitaturi li ma jridux ikunu ntraċċati skont l-għażla tagħhom fil-web browsers. 

Wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin huwa possibbli:

  •  Jekk il-funzjoni “do not track” tiġi attivata l-viżitatur mhux se jkun segwit. Dan huwa saff fuq il-mekkaniżmu ta’ esklużjoni u l-cookies.
  •  Jekk il-viżitatur ma jkollux il-funzjoni “do not track” magħżula u jikklikkja l-buttuna “opt-out” il-coookie piwik_ignore tinħażen fil-browser. Il-viżitaturi kollha b’cookie piwik_ignore ma jiġux intraċċati.
  • Jekk il-viżitatur ikun iddiżattiva l-cookies kollha mill-browser, il-viżitatur xorta jiġi ntraċċat iżda d-dejta dwar il-viżitatur tkun inqas preċiża (il-cookies ta' Piwik ma jintużawx).

Aċċess ristrett għall-informazzjoni

Id-dejta kollha ta' komunikazzjoni tinqaleb f’kodiċi permezz tal-Protokoll SSL. Rapporti analitiċi ġġenerati minn Europa Analytics jistgħu jiġu aċċessati biss permezz tas-sistema ta’ awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (ECAS) mill-persunal tal-istituzzjonijiet Ewropej jew minn sottokuntratturi esterni awtorizzati, li jistgħu jkunu meħtieġa janalizzaw, jiżviluppaw u/jew imantnu b'mod regolari ċerti siti.

Anonimizzazzjoni tal-indirizzi IP tal-viżitaturi

Nota: L-istituzzjoni, il-belt u l-pajjiż tal-oriġini huma determinati mill-IP sħiħ, u mbagħad jinħażen u jiġi aggregat qabel ma jitgħatta. Europa Analytics juża mekkaniżmu għall-anonimizzazzjoni tal-IP li awtomatikament jgħatti porzjon mill-IP ta' kull viżitatur (Protokoll tal-Internet), u b’hekk jagħmilha effettivament impossibbli li jiġi identifikat xi viżitaturi partikolari fuq Europa.

Il-logs antiki tal-viżitaturi jitħassru

Europa Analytics awtomatikament tħassar il-logs tal-viżitaturi wara 13-il xahar. Dejta anonimizzata u aggregata tinħażen għal perijodu indefinit mill-Kummissjoni Ewropea għal skopijiet ta’ analiżi.

Kuntatt

Kwalunkwe kwistjoni speċifika rigward il-ħżin u l-użu tad-dejta ta' Europa Analytics tista’ tintbagħat permezz tal-formola ta’ kuntatt fuq Europa.eu.

Ara wkoll