- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
Id-Dejta Miftuħa hija bbażata fuq l-idea li l-informazzjoni pubblika għandha tkun disponibbli liberament għall-użu u l-użu mill-ġdid.
Il-portali tad-Dejta Miftuħa huma interfaces ibbażai fuq il-web intiżi biex jagħmluha aktar faċli biex tinstab informazzjoni li tista’ tintuża mill-ġdid.
Il-Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE huwa punt uniku ta’ aċċess għal dejta mill-istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni Ewropea. Din id-dejta tista’ tintuża u tintuża mill-ġdid liberament għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali.
Sib dejta fuq il-Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE
Il-Portal tad-Dejta Ewropea jipprovdi punt uniku ta’ aċċess fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE għal dejta ppubblikata mill-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livelli kollha ta’ gvern fl-Ewropa. Dan jikkomplementa l-Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE u hu ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.