L-UE qed timmobilizza r-riżorsi kollha għad-dispożizzjoni tagħna biex tgħin lill-Istati Membri jikkoordinaw ir-rispons nazzjonali tagħhom, u dan jinkludi l-għoti ta’ informazzjoni oġġettiva dwar it-tixrid tal-virus u l-isforzi effettivi biex jitrażżan u miżuri meħuda biex tissewwa l-ħsara ekonomika u soċjali li ġabet il-pandemija.
Minn din il-paġna, tista’ taċċessa l-paġni web u r-riżorsi ddedikati ppubblikati mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE kif ukoll mill-istati membri tal-UE.
Pjan ta’ rkupru għall-Ewropa
Il-mexxejja tal-UE rnexxilhom jaqblu dwar il-pjan ta’ rkupru għall-Ewropa. Total ta’ madwar €1.8 triljun se jistabbilixxi l-Ewropa fit-triq lejn irkupru sostenibbli u reżiljenti.
Re-open EU
Ippjana l-ivvjaġġar u l-vaganzi Ewropej tiegħek, filwaqt li tibqa’ b’saħħtek u sikur, b’din l-għodda interattiva disponibbli f'24 lingwa.
Is-solidarjetà Ewropea fil-prattika
Il-pajjiżi, ir-reġjuni u ċ-ċittadini fl-UE kollha offrew daqqa t’id lill-ġirien matul dawn iż-żminijiet ta’ kriżi. Hawn taħt issib stejjer ta’ solidarjetà Ewropea fl-aqwa tagħha.
#EuropeansAgainstCovid19
Coronavirus: Is-Solidarjetà Ewropea fil-prattika
L-Ewropej kontra l-COVID-19
Ġlieda kontra d-diżinformazzjoni
It-tifqigħa tal-COVID-19 fl-Ewropa kienet akkumpanjata minn mewġa ta’ informazzjoni falza u qarrieqa ta’ spiss perikoluża. Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, l-informazzjoni żbaljata u l-interferenza barranija hi sforz konġunt li jinvolvi l-istituzzjonijiet Ewropej kollha, l-Istati Membri tal-UE, is-soċjetà ċivili u l-pjattaformi online.
Kif għandha tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni (Parlament Ewropew)
Ġlieda kontra d-diżinformazzjoni (Kunsill tal-Unjoni Ewropea)
Glieda kontra d-diżinformazzjoni (Kummissjoni Ewropea)
Pjan ta’ rkupru għall-Ewropa
Biex tgħin ħalli tissewwa l-ħsara ekonomika u soċjali li ġabet magħha l-pandemija tal-coronavirus, tagħti bidu għall-irkupru Ewropew, u tipproteġi l-impjiegi u toħloq oħrajn, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi pjan ewlieni ta’ rkupru għall-Ewropa bbażat fuq l-isfruttar tal-potenzjal sħiħ tal-baġit tal-UE.
Pjan ta’ rkupru għall-Ewropa (Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-aħħar żviluppi u l-iskeda taż-żmien)
Pjan ta' rkupru għall-Ewropa (Kummissjoni Ewropea)
L-Istati Membri tal-UE, iż-Żona Ekonomika Ewropea u r-Renju Unit
Sorsi ta’ informazzjoni aġġornata dwar il-COVID-19 fl-UE/iż-ŻEE u r-Renju Unit (COVID-19) fl-UE/fiż-ŻEE u fir-Renju Unit
Segwi l-aħħar progress u involvi ruħek fuq il-media soċjali
#StrongerTogether, #EuropeansAgainstCovid19, #UnitedAgainstCoronavirus, #GlobalResponse
Tweets mill-awtoritajiet tas-saħħa fl-Istati Membri tal-UE
Networks soċjali oħrajn
Stampi u videos mill-pajjiżi tal-UE