- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
Kif nista’ nsib impjieg f’pajjiż Ewropew ieħor? It-titjira tiegħi ġiet ikkanċellata - x'inhuma drittijieti? Liema għotjiet tal-UE tista' tapplika għalihom l-organizzazzjoni tiegħi? Huwa sigur li tixtri minn fuq l-internet f’pajjiż ieħor tal-UE? Hemm xi regoli tal-UE li jiggarantixxu l-kwalità tal-ikel tagħna?
Dawn huma xi mistoqsijiet tipiċi li n-nies għandhom dwar l-UE. Aħna nistgħu nweġbuhom.
Il-Kummissjoni Ewropea tmexxi ċ-Ċentru ta’ Kuntatt tal-Europe Direct. Aħna nwieġbu kwalunkwe mistoqsija mill-pubbliku dwar l-Unjoni Ewropea, permezz tat-telefown jew l-email. L-istaff tagħna jinkludi kelliema nattivi tal-24 lingwa uffiċjali tal-UE.
Nistgħu
Sfortunatament, il-Europe Direct ma tistax tagħmel kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
Is-servizzi tagħna huma bla ħlas. Tista’ ċċempel minn fejn trid fl-UE, b’xejn fuq 00 800 6 7 8 9 10 11. Fi ftit każijiet, xi teleoperaturi ma jippermettux aċċess jew ħlas għal dan. Huwa għalhekk li tista’ taqbadna wkoll permezz tan-numri alternattivi f’kull pajjiż.
Tista’ tikteb jew iċċemplilna minn kull post fid-dinja. Jekk iċċempel minn barra l-UE, inti tħallas ir-rata standard tan-network. Tista’ wkoll tagħmel telefonati bl-internet.
Barra mis-sigħat tal-ftuħ tagħna – jiem tax-xogħol mid-9 a.m. sas-6 p.m. Ħin tal-Ewropa Ċentrali – tista’ tħalli messaġġ, jew titlobna biex inċemplulek fuq din il-formola.
Għall-mistoqsijiet bil-miktub, normalment aħna nwieġbu fi żmien tlitt ijiem Mistoqsijiet aktar kumplessi jistgħu jdumu aktar biex jitwieġbu. Bħala medja, inwieġbu t-telefonati fi żmien 15-il sekonda.
Tista’ ssib aktar tagħrif dwar id-drittijiet prattiċi tiegħek skont il-liġi tal-UE u f’xi każijiet, tikseb parir legali dwar kif japplikaw – mingħand l-Ewropa Tiegħek.