Unjoni Ewrope

Cookies

Cookies

Biex is-siti web immaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea jaħdmu kif suppost, xi kultant inpoġġu fajls żgħar tad-data li nsejħulhom cookies fuq l-apparat tiegħek.

X'inhuma l-cookies?

Cookie hu fajl żgħir ta' test li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek meta inti żżur is-sit.

  • Il-cookies tal-ewwel parti huma cookies stabbiliti mis-sit web li qed iżżur. Dak is-sit web biss jista’ jaqrahom. Barra minn hekk, sit web jista’ potenzjalment juża servizzi esterni, li jistabbilixxu wkoll il-cookies tagħhom stess, magħrufa bħala cookies ta’ partijiet terzi.
  • Il-cookies persistenti huma cookies issejvjati fuq il-kompjuter tiegħek u li ma jitħassrux awtomatikament meta tagħlaq il-brawżer tiegħek, b’differenza għal cookie ta’ sessjoni, li jitħassar hekk kif tagħlaq il-brawżer tiegħek.

Kull darba li żżur is-siti web immaniġġjat mill-Kummissjoni Ewropea, se tintalab taċċetta jew tirrifjuta l-cookies.

L-għan huwa li s-sit ikun jista’ jiftakar il-preferenzi tiegħek (pereżempju l-isem tal-utent, il-lingwa, eċċ.) għal ċertu perjodu ta’ żmien.

B’dan il-mod, m’għandekx għalfejn terġa’ ddaħħalhom waqt li tkun qed tibbrawżja s-sit waqt l-istess żjara.

Il-cookies jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi stabbilita statistika anonimizzata dwar l-esperjenza tal-ibbrawżjar fuq is-siti tagħna.

Kif nużaw il-cookies?

Is-siti web immaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea jużaw l-aktar il-cookies tal-ewwel parti . Dawn huma cookies stabbiliti u kkontrollati mill-Kummissjoni Ewropea, mhux minn organizzazzjoni esterna.

Madankollu, biex tara xi wħud mill-paġni tagħna, se jkollok taċċetta cookies minn organizzazzjonijiet esterni.

It-3 tipi ta’ cookies tal-ewwel parti li nużaw huma biex:

  • naħżnu l-preferenzi tal-viżitaturi
  • is-siti web tagħna jkunu operattivi
  • niġbru data analitika (dwar l-imġiba tal-utent).

1. Preferenzi tal-viżitaturi

Dawn huma stabbiliti minna u nistgħu naqrawhom aħna biss. Huma jiftakru:

  • jekk qbilt ma’ (jew irrifjutajt) il-politika tal-cookies ta’ dan is-sit
  • jekk diġà weġibt l-istħarriġ pop-up tagħna (dwar kemm kien ta’ għajnuna l-kontenut tas-sit) – biex ma nerġgħux nistaqsuk

 

Il-cookies tal-preferenzi tal-viżitaturi huma:

Isem: eu_cookie_consent

Servizzi: Kit ta’ kunsens għall-cookies

Għan: Jaħżen il-preferenzi tal-cookies tiegħek (biex ma nerġgħux nistaqsuk għalihom)

Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti, imħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek


Isem: ecsi

Servizzi: Għodod ta’ stħarriġ tas-sit web

Għan: Jaħżen l-informazzjoni dwar jekk diġà weġibtx għal stħarriġ – biex ma nerġgħux nistaqsuk

Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie persistenti tal-ewwel parti, xahar

 

2. Cookies operattivi

Hemm xi cookies li rridu ninkludu biex ċerti paġni web jiffunzjonaw. Għal din ir-raġuni, ma jeħtiġux il-kunsens tiegħek. B'mod partikolari:

 

Il-Cookies ta’ awtentikazzjoni huma:

Isem: MyEACSDomain

Servizzi: Servizz ta’ Ġestjoni tal-Identità

Għan: Jiftakar id-dominju tiegħek

Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti, imħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek


Isem: __Secure_CASTGC

Servizzi: Servizz ta’ Ġestjoni tal-Identità

Għan: Jidentifika s-sessjoni tiegħek

Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti, imħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek


Isem: __Secure_ECAS_SESSIONID

Servizzi: Servizz ta’ Ġestjoni tal-Identità

Għan: Jidentifika s-sessjoni attwali tas-Servizz Ċentrali ta’ Awtentikazzjoni

Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti, imħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek


Isem: ECAS_PREFS

Servizzi: Servizz ta’ Ġestjoni tal-Identità

Għan: Jiftakar il-konfigurazzjonijiet u l-preferenzi tiegħek: ID tal-utent, isem l-utent, il-politika rikonoxxuta dwar il-cookies, il-modalità b’kuntrast għoli, il-modalità ta’ privatezza, id-dettalji tal-kont wara l-login, l-aħħar qawwa magħżula

Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti, imħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek

L-isem ta’ dawn il-cookies jista’ jinbidel, għal raġunijiet tekniċi (b’mod partikolari)__Secure-CASTGC u __Secure-ECAS_SESSIONID).

 

  • Il-cookies tekniċi meħtieġa minn ċerti sistemi tal-IT huma:

Isem: has_js

Servizzi: Pjattaforma għall-ġestjoni tal-kontenut korporattiv, ibbażata fuq is-software b’sors miftuħ Drupal

Għan: Jiddetermina jekk il-Javascript hux attivat fil-brawżer tiegħek. Dan jippermetti li s-siti web tagħna jiffunzjonaw sew

Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti, imħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek


Isem: JSESSIONID / CFID / CFTOKEN

Servizzi: Pjattaforma tal-IT Java/Pjattaforma tal-IT Coldfusion

Għan: Iżomm sessjoni sikura għalik, waqt iż-żjara tiegħek

Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti, imħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek


Isem: ecsi

Servizzi: Għodod ta’ stħarriġ tas-sit web

Għan: Jaħżen l-informazzjoni dwar jekk diġà weġibtx għal stħarriġ – biex ma nerġgħux nistaqsuk

Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie persistenti tal-ewwel parti, xahar

 

3. Cookies analitiċi

Dawn nużawhom purament għal riċerka interna dwar kif nistgħu ntejbu s-servizz li nipprovdu għall-utenti kollha tagħna.

Il-cookies sempliċiment jivvalutaw kif tinteraġixxi mas-sit web tagħna – bħala utent anonimu (id-data miġbura ma tidentifikakx personalment).

Barra minn hekk, din id-data ma tiġi kondiviża ma’ ebda parti terza u ma tintuża għall-ebda skop ieħor. L-istatistika anonimizzata tista’ tiġi kondiviża mal-kuntratturi li jaħdmu fuq proġetti ta’ komunikazzjoni taħt ftehim kuntrattwali mal-Kummissjoni Ewropea.

Madankollu, inti liberu li tirrifjuta dawn it-tipi ta’ cookies – jew permezz tal-banner tal-cookies li se tara fl-ewwel paġna li żżur jew fuq l-Europa Analytics.

 

Il-cookies analitiċi huma:

Isem: _pk_id#

Servizzi: Servizz tal-analitika tal-web korporattiv, ibbażat fuq is-software b’sors miftuħ Matomo

Għan: Jirrikonoxxi l-viżitaturi tas-sit web (b’mod anonimu – ma tinġabar ebda informazzjoni personali dwar l-utent).

Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie persistenti tal-ewwel parti, 13-il xahar


Isem: _pk_ses#

Servizzi: Servizz tal-analitika tal-web korporattiv, ibbażat fuq is-software b’sors miftuħ Matomo

Għan: Jidentifika l-paġni li l-istess utent jara waqt l-istess żjara. (b’mod anonimu – ma tinġabar ebda informazzjoni personali dwar l-utent).

Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie persistenti tal-ewwel parti, 30 minuta

 

Cookies ta' partijiet terzi

Xi wħud mill-paġni tagħna juru kontenut minn fornituri esterni, eż. YouTube, Facebook u Twitter.

Biex tara dan il-kontenut ta’ parti terza, l-ewwel trid taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom. Dan jinkludi l-politiki tagħhom dwar il-cookies, li ma għandniex kontroll fuqhom.

Iżda jekk ma tarax dan il-kontenut, ma tiġi installata ebda cookie ta’ partijiet terzi fuq l-apparat tiegħek.

Fornituri terzi fuq is-siti web tal-Kummissjoni

Dawn is-servizzi ta’ partijiet terzi huma barra mill-kontroll tal-Kummissjoni Ewropea. Il-fornituri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jibdlu t-termini tagħhom ta’ servizz, l-għan u l-użu tal-cookies, eċċ.

Kif tista’ timmaniġġja l-cookies?

Inti tista’ timmaniġġja/tħassar il-cookies kif tixtieq - għad-dettalji, ara aboutcookies.org.

It-tneħħija ta’ cookies mill-apparat tiegħek

Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà jinsabu fuq l-apparat tiegħek billi tiftaħ l-istorja tal-ibbrawżjar tal-brawżer tiegħek. Dan ineħħi l-cookies kollha mis-siti web kollha li żort.

Kun af madankollu li tista’ titlef xi informazzjoni ssejvjata (eż. dettalji tal-login issejvjati, preferenzi tas-sit).

Il-ġestjoni ta’ cookies speċifiċi għal sit

Għal kontroll aktar dettaljat fuq cookies speċifiċi għal sit, iċċekkja l-konfigurazzjonijiet ta’ privatezza u tal-cookies fil-brawżer preferut tiegħek.

L-imblukkar tal-cookies

Tista’ tissettja l-biċċa l-kbira tal-brawżers moderni biex ma tħallix li xi cookies jitqiegħdu fuq l-apparat tiegħek, iżda mbagħad jista’ jkollok tirranġa xi preferenzi manwalment kull darba li żżur sit/paġna. U xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux sew (eż. profil ta’ login).

Kif timmaniġġja l-cookies analitiċi tagħna

Tista’ timmaniġġja l-preferenzi tiegħek dwar il-cookies mill-Europa Analytics fuq il-paġna ddedikata tal-Europa Analytics.

Back to top