Unjoni Ewrope

Apprendistati għall-istudenti

Apprendistati għall-istudenti

Bank Ċentrali Ewropew

Studenti bi speċjalizzazzjoni fl-ekonomija, il-finanzi, l-istatistika, l-amministrazzjoni tan-negozju, il-liġi, ir-riżorsi umani u t-traduzzjoni

Min jista’ japplika: Studenti b’tal-anqas lawrja (Baċellerat), inklużi studenti tad-dottorat
Tul: 3-12-il xahar
Fejn: Frankfurt am Main

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Bank Ċentrali Ewropew

Gradwati universitarji li lestew l-ewwel lawrja fl-ekonomija u jixtiequ jinkitbu għal programm Master's jew Dottorat fl-ekonomija

Min jista’ japplika: gradwati universitarji li lestew l-ewwel lawrja fl-ekonomija u jixtiequ jinkitbu għal programm Master's jew Dottorat fl-ekonomija ma' università internazzjonali ewlenija
Tul: 3-12-il xahar
Fejn: Frankfurt am Main

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Bank Ċentrali Ewropew

Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

Studenti universitarji, tal-Master's jew tad-Dottorat

Min jista’ japplika: Studenti li qed iħejju għal-lawrja, Master's jew Dottorat
Tul: 3-5 xhur
Fejn: Ispra (l-Italja), Karlsruhe (il-Ġermanja), Geel (il-Belġju), Petten (l-Olanda) jew Sivilja (Spanja)

Aktar dwar l-apprendistati maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Gradwati universitarji jew ta’ livell ekwivalenti

Min jista’ japplika: gradwati universitarji jew studenti tal-università li għandhom jagħmlu taħriġ obbligatorju bħala parti mill-istudji tagħhom
Tul: 1-3 xhur
Fejn: Brussell

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Studenti universitarji tat-tielet, ir-raba' u l-ħames sena

Min jista’ japplika: studenti tat-tielet, ir-raba' jew il-ħames sena universitarja li għandhom jagħmlu taħriġ obbligatorju bħala parti mill-istudji tagħhom
Tul: 1-5 xhur
Fejn: Brussell

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Parlament Ewropew

Studenti b'diploma tal-iskola sekondarja għolja

Min jista’ japplika: persuni li għandhom diploma tal-iskola sekondarja għolja li tikkorrispondi għal dħul fl-università; tingħata prijorità lill-istudenti li jridu jagħmlu apprendistat bħala parti mill-istudji tagħhom
Tul: 1-4 xhur

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Parlament Ewropew

Żjarat ta’ studju

Min jista’ japplika: ċittadini li jixtiequ jistudjaw suġġetti marbuta mal-integrazzjoni Ewropea
Tul: massimu ta' xahar

Aktar informazzjoni dwar iż-żjajjar ta' studju fil-Parlament Ewropew

Qorti Ewropea tal-Awdituri

studenti li spiċċaw tal-anqas erba' semestri ta' studji universitarji f'qasam ta' interess għall-Qorti

Min jista' japplika: studenti li għandhom diploma universitarja rikonoxxuta jew li lestew tal-anqas erba' semestri ta' studji universitarji f'qasam ta' interess għall-Qorti (Verifika / Baġit, Kontabilità / Amministrazzjoni, riżorsi umani / Traduzzjoni / Komunikazzjoni, relazzjonijiet internazzjonali / Liġi)
Tul: massimu ta' 5 xhur
Fejn: Il-Lussemburgu

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri