Unjoni Ewrope

Traineeships għal-lingwisti

Traineeships għal-lingwisti

Il-Bank Ċentrali Ewropew

Gradwati universitarji fl-ekonomija, il-finanzi, l-istatistika, l-amministrazzjoni tan-negozju, il-liġi, ir-riżorsi umani jew it-traduzzjoni

Min jista’ japplika: kandidati minn pajjiż membru tal-UE jew minn pajjiż li hu kandidat uffiċjali għall-adeżjoni, li lestew tal-inqas l-ewwel ċiklu ta' studji universitarji u kisbu lawrja sħiħa
Tul: 3-12-il xahar
Fejn: Frankfurt am Main

Aktar informazzjoni dwar it-traineeships mal-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Kummissjoni Ewropea

Studenti universitarji li jispeċjalizzaw fit-traduzzjoni

Min jista’ japplika: kandidati li lestew l-ewwel ċiklu tal-istudji universitarji u kapaċi jittraduċu fil-lingwa prinċipali tagħhom minn żewġ lingwi uffiċjali tal-UE (waħda minnhom trid tkun il-Franċiż, l-Ingliż jew il-Ġermaniż)
Tul: 5 xhur
Fejn: il-Lussemburgu, Brussell

Aktar informazzjoni dwar it-traineeships mal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Gradwati universitarji fit-traduzzjoni

Min jista’ japplika: iċ-ċittadini tal-UE kollha u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi kandidati li diġà ffirmaw trattat ta’ adeżjoni; l-applikanti kollha jridu jkunu lestew l-ewwel ċiklu ta’ studji universitarji u kisbu lawrja sħiħa
Tul: 5 xhur
Fejn: Brussell

Studenti universitarji u tad-dottorat li jispeċjalizzaw fit-traduzzjoni

Min jista’ japplika: studenti fit-tielet, ir-raba’ jew il-ħames sena tal-università li jridu jagħmlu taħriġ obbligatorju bħala parti mill-istudji tagħhom jew jagħmlu riċerka għal teżi jew dottorat
Tul: 2-5 xhur
Fejn: Brussell

Aktar informazzjoni dwar it-traineeships mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew

Gradwati universitarji b'għarfien ta’ mill-inqas tliet ilsna uffiċjali tal-UE

Min jista’ japplika: gradwati universitarji li għandhom għarfien perfett ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta' pajjiż kandidat u għarfien tajjeb ta' żewġ lingwi uffiċjali oħra tal-UE
Tul: 3 xhur (jista’ jiġi estiż b’eċċezzjoni għal perjodu massimu ta’ 3 xhur)
Fejn: il-Lussemburgu

Kollokamenti ta’ taħriġ għal studenti universitarji b'għarfien ta’ mill-inqas tliet ilsna uffiċjali tal-UE

Min jista’ japplika: studenti li huma meħtieġa jlestu kollokament ta’ taħriġ bħala parti mill-kors ta' studju tagħhom u li għandhom għarfien perfett ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta' pajjiż kandidat u għarfien tajjeb ta' żewġ lingwi uffiċjali oħra tal-UE.
Tul: 1-3 xhur (jista’ jiġi estiż b’eċċezzjoni għal perjodu massimu ta’ 3 xhur)
Fejn: il-Lussemburgu

Aktar informazzjoni dwar it-traineeships mal-Parlament Ewropew

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Diploma ta' Livell Universitarju jew tal-inqas erba' semestri ta' studji universitarji f'qasam ta' interess għall-Qorti

Min jista’ japplika: studenti universitarji li kisbu lawrja universitarja rikonoxxuta jew li spiċċaw tal-inqas erba’ semestri ta’ studji universitarji f’qasam ta’ interess għall-Qorti (Awditu / Baġit, Kontabilità / Amministrazzjoni, riżorsi umani / Traduzzjoni / Komunikazzjoni, relazzjonijiet internazzjonali / Liġi)
Tul: massimu ta' 5 xhur
Fejn: il-Lussemburgu

Aktar informazzjoni dwar it-traineeships mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Interpreti tal-konferenzi li għadhom kif ikkwalifikaw

Min jista’ japplika: interpreti tal-konferenza li għadhom kif ġabu diploma fl-interpretazzjoni tal-konferenzi
Tul: 10-12-il ġimgħa
Fejn: il-Lussemburgu

Aktar informazzjoni dwar it-traineeships mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Back to top