- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
Sa mill-1957, l-Unjoni Ewropea kienet ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini tagħha billi ħadmet għall-paċi u l-prosperità. Hi tgħin biex tipproteġi d-drittijiet bażiċi politiċi, soċjali u ekonomiċi tagħna.
Għalkemm nistgħu neħduhom bħala sine qua non, dawn il-benefiċċji jtejbu l-ħajja tagħna ta’ kuljum.
L-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Punent qatt ma jafu żmien daqshekk twil mingħajr gwerra. L-UE hija l-aktar proġett ta’ paċi li rnexxa fl-istorja tal-bniedem u ngħatat il-Premju Nobel għall-Paċi. L-Ewropej huma marbuta ekonomikament u kulturalment mill-qrib, u permezz tal-valuri demokratiċi li naqsmu.
Is-suq uniku huwa l-aktar suq żviluppat ħafna u miftuħ fid-dinja. Huwa bbażat fuq l-4 libertajiet ewlenin tal-UE, li jippermettu lilek u liċ-ċittadini oħra:
Minħabba li l-pajjiżi tal-UE jikkooperaw tant mill-qrib, l-ikel tagħna u l-ambjent tagħna jissodisfaw uħud mill-ogħla standards ta’ kwalità fid-dinja. Kumpaniji bla skrupli ma jistgħux ibigħu ikel ikkontaminat jew iniġġsu x-xmajjar u l-kampanja tagħna.
Ix-xerrejja issa jistgħu jħossuhom sikuri fl-għarfien li se jieħdu flushom lura jekk jirritornaw il-prodotti. Il-vjaġġaturi jistgħu jixtru l-biljetti tal-ferrovija jew tal-ajruplan, bl-għarfien li jistgħu jieħdu l-flus lura jekk il-vjaġġ tagħhom jittardja jew jiġi kkanċellat. U l-istandards li l-prodotti fil-ħwienet tal-UE huma meħtieġa jissodisfaw huma fost l-aktar stretti fid-dinja, f’termini kemm ta’ kwalità kif ukoll ta’ sikurezza.
L-UE tipproteġi l-minoranzi u l-gruppi vulnerabbli kollha, u tiddefendi lil dawk oppressi. Irrispettivament min-nazzjonalità, is-sess, il-grupp tal-lingwa, il-kultura, il-professjoni, id-diżabbiltà jew is-sesswalità tal-persuna, l-UE tinsisti dwar trattament ugwali għal kulħadd.
Il-pajjiżi tal-UE li qed jaġixxu flimkien għandhom ħafna aktar vuċi fix-xena dinjija minn 27 nazzjonijiet żgħar u ta’ daqs medju li jaġixxu b’mod separat. Għandna influwenza politika. Fir-rigward tal-kummerċ, l-istandards regolatorji u tal-prodotti tagħna huma adottati fid-dinja kollha bħala n-norma globali.
Skopri kif l-UE tagħmel differenza f’ħajtek. Għandu mnejn tkun sorpriż dwar kemm issib eżempji.
Tagħtini ikel u prodotti aktar sikuri. Tagħtini arja u ilma aktar nodfa. Tagħtini l-kapaċità li ngħix u naħdem kull fejn nixtieq. Tagħtini l-fakultà li nċempel bi prezzijiet domestiċi irrispettivament minn fejn inkun fl-UE. Tagħtini l-fakultà li nħallas billi nuża munita waħda fi 19-il pajjiż differenti. Dawn huma biss xi ftit mill-affarijiet li l-UE tagħtini.
Ix-xiri online jew il-konnessjoni mal-bank tiegħek minn pajjiżek se jkunu aktar siguri bis-saħħa ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur.
Dan il-kontenut ma jinstabx bil-lingwa tiegħek.