Unjoni Ewrope

Jum l-Ewropa 2017

Biex jiċċelebraw Jum l-Ewropa, l-istituzzjonijiet tal-UE se jiftħu l-bibien tagħhom lill-pubbliku fis-6 ta’ Mejju fi Brussell, fit-13 u fl-14 ta’ Mejju fil-Lussemburgu u fl-14 ta’ Mejju fis-Strasburgu.

L-uffiċċji lokali tal-UE fl-Ewropa u madwar id-dinja kollha jorganizzaw varjetà ta’ attivitajiet u avvenimenti għall-etajiet kollha.

Kull sena eluf ta’ nies jieħdu sehem fiż-żjarat, id-dibattiti, il-kunċerti u avvenimenti oħra biex ifakkru l-jum u jsiru jafu aktar dwar l-UE.

    #EUopenday

Żur l-istituzzjonijiet Ewropej

Brussell

Is-6 ta’ Mejju 2017, mill-10.00 sas-18.00

Skopri dwar l-attivitajiet fi Brussell

Il-Lussemburgu

 

It-13 u l-14 ta’ Mejju 2017, mill-10.00 sas-18.00

Skopri dwar l-attivitajiet fil-Lussemburgu

Strasburgu

 

L-14 ta’ Mejju 2017, mill-10.00 sas-18.00

Skopri dwar l-attivitajiet fi Strasburgu

 

Attivitajiet ta’ Jum l-Ewropa fl-UE

L-uffiċċji lokali tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew fl-UE jorganizzaw varjetà ta’ attivitajiet u avvenimenti għall-etajiet kollha.

Skopri x’qed jiġri f’pajjiżek.

Attivitajiet ta' Jum l-Ewropa mad-dinja kollha

Id-delegazzjonijiet tal-UE se jorganizzaw b’kooperazzjoni mal-ambaxxati tal-pajjiżi membri tal-UE fil-pajjiż ospitanti tagħhom attivitajiet bit-tema “l-Ewropa fid-Dinja”. Se jsiru konferenzi, kompetizzjonijiet, festivals tal-films u attivitajiet oħrajn li permezz tagħhom il-pubbliku se jiġi mgħarraf dwar x’għandha x’toffri l-UE.

Aktar informazzjoni

 

Għaliex Jum l-Ewropa?

Kull sena fid-9 ta' Mejju, Jum l-Ewropa jiċċelebra l-paċi u l-għaqda fl-Ewropa. Id-data timmarka l-anniversarju tad-“dikjarazzjoni ta’ Schuman”. F’diskors f’Pariġi fl-1950, Robert Schuman, li dak iż-żmien kien il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż, stabbilixxa l-ħsieb tiegħu għal forma ġdida ta’ kooperazzjoni politika għall-Ewropa, li tagħmel il-gwerra bejn in-nazzjonijiet Ewropej xi ħaġa inkonċepibbli.

Il-viżjoni tiegħu kienet li tinħoloq istituzzjoni Ewropea li tgħaqqad u timmaniġġja l-produzzjoni tal-faħam u l-azzar. Ftit anqas minn sena wara ġie ffirmat trattat li ħoloq korp bħal dan. Il-proposta ta' Schuman hi meqjusa bħala l-bidu ta’ dik li llum hi l-Unjoni Ewropea.