Biex jiċċelebraw Jum l-Ewropa, l-istituzzjonijiet tal-UE se jiftħu l-bibien tagħhom lill-pubbliku fil-5 ta’ Mejju fi Brussell, fil-5 u d-9 ta’ Mejju fil-Lussemburgu u fl-10 ta’ Ġunju fi Strasburgu.
L-uffiċċji lokali tal-UE fl-Ewropa u madwar id-dinja kollha jorganizzaw varjetà ta’ attivitajiet u avvenimenti għall-etajiet kollha.
Kull sena eluf ta’ nies jieħdu sehem fiż-żjarat, id-dibattiti, il-kunċerti u avvenimenti oħra biex ifakkru l-jum u jsiru jafu aktar dwar l-UE.
Skopri dwar l-attivitajiet fil-Lussemburgu
5 ta’ Mejju 2018, mis-14.00 sas-18.00
9 ta’ Mejju 2018, mill-10.00 sas-18.00
Skopri dwar l-attivitajiet fi Strasburgu
10 ta’ Ġunju 2018, mill-10.00 sas-18.00
L-uffiċċji lokali tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew fl-UE jorganizzaw varjetà ta’ attivitajiet u avvenimenti għall-etajiet kollha.
Skopri x’qed jiġri f’pajjiżek.
Kull sena, Jum l-Ewropa jiċċelebra l-paċi u l-għaqda fl-Ewropa. Id-data timmarka l-anniversarju tad-“dikjarazzjoni ta’ Schuman”. Din is-sena d-Delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja se jiċċelebraw dan il-jum ukoll. L-attivitajiet u l-avvenimenti se jsiru tul ix-xahar kollu ta’ Mejju.
Il-fokus ta’ din is-sena se tkun “Is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali”.
Kull sena fid-9 ta' Mejju, Jum l-Ewropa jiċċelebra l-paċi u l-għaqda fl-Ewropa. Id-data timmarka l-anniversarju tad-“dikjarazzjoni ta’ Schuman”. F’diskors f’Pariġi fl-1950, Robert Schuman, li dak iż-żmien kien il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż, stabbilixxa l-ħsieb tiegħu għal forma ġdida ta’ kooperazzjoni politika għall-Ewropa, li tagħmel il-gwerra bejn in-nazzjonijiet Ewropej xi ħaġa inkonċepibbli.
Il-viżjoni tiegħu kienet li tinħoloq istituzzjoni Ewropea li tgħaqqad u timmaniġġja l-produzzjoni tal-faħam u l-azzar. Ftit anqas minn sena wara ġie ffirmat trattat li ħoloq korp bħal dan. Il-proposta ta' Schuman hi meqjusa bħala l-bidu ta’ dik li llum hi l-Unjoni Ewropea.