Mur għall-kontenut ewlieni

Il-melodija użata biex tissimbolizza l-UE ġejja mid-Disa’ Sinfonija li kkomponaLudwig Van Beethoven fl-1823, meta ħejja l-mużika għal "Għanja lill-Ferħ", il-vers liriku ta’ Friedrich von Schiller mill-1785.

L-innu jissimbolizza mhux biss l-Unjoni Ewropea iżda wkoll l-Ewropa f’sens usa'. Il-poeżija "Għanja lill-Ferħ" tesprimi l-viżjoni idealistika ta’ Schiller tar-razza umana li ssir bħal aħwa – viżjoni li kien jaqsam miegħu Beethoven.

Fl-1972, il-Kunsill tal-Ewropa adotta t-tema "Għanja lill-Ferħ" ta’ Beethoven bħala l-innu tiegħu. Fl-1985, ġie adottat mill-mexxejja tal-UE bħala l-innu uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-innu m'għandux kliem; jikkonsisti f’mużika biss. Fil-lingwa universali tal-mużika, dan l-innu jesprimi l-ideali Ewropej ta’ libertà, paċi u solidarjetà.

L-innu Ewropew mhuwiex maħsub li jieħu post l-innijiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE iżda li jiċċelebra l-valuri li jaqsmu flimkien. L-innu jindaqq f’ċerimonji uffiċjali li jinvolvu l-Unjoni Ewropea u b’mod ġenerali f’kull tip ta’ avveniment b’karattru Ewropew.

Isma' l-Innu Ewropew

Isma' l-Innu Ewropew