Il-Parlament Ewropew hu l-korp tal-UE fejn jitfasslu l-liġijiet. Hu elett direttament mill-votanti tal-UE kull 5 snin. L-aħħar elezzjonijiet saru f’Mejju 2014.
Il-Parlament għandu tliet rwoli prinċipali:
L-MEPs huma l-vuċi ta' aktar minn 500 miljun Ewropew fil-livell tal-UE, iżda dawn kif jaħdmu u kif jorganizzaw lilhom infushom fil-Parlament Ewropew?
L-għadd ta' MPE għal kull pajjiż hu bejn wieħed u ieħor proporzjonali mal-popolazzjoni tiegħu, iżda dan isir permezz ta' proporzjonalità digressiva: ebda pajjiż ma jista’ jkollu inqas minn 6 jew iżjed minn 96 MPE u l-għadd totali ma jistax jaqbeż is-751 (750 u l-President). Il-MPE huma miġbura skont l-affiljazzjoni politika, u mhux skont in-nazzjonalità.
Il-President jirrappreżenta l-Parlament mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u mad-dinja ta' barra u jagħti l-approvazzjoni finali għall-baġit tal-UE.
Ix-xogħol tal-Parlament huwa maqsum f’żewġ stadji ewlenin:
Jekk tixtieq tistaqsi lill-Parlament biex jaġixxi dwar xi kwistjoni, tista' tibgħat petizzjoni dwarha (jew bil-posta jew onlajn)
Il-petizzjonijiet jistgħu jkopru kwalunkwe suġġett li jaqa' taħt il-kompetenza tal-UE.
Biex tressaq petizzjoni, trid tkun ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE jew tkun resident fl-UE. Kumpaniji jew organizzazzjonijiet oħra jridu jkunu bbażati hawnhekk.
Modi oħra kif tikkuntattja lill-Parlament jinkludu l-kuntatt mal-MPE lokali tiegħek jew mal-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew f'pajjiżek.
Għandek xi mistoqsijiet dwar il-Parlament? Qatt kellek aptit tirrifletti fuq kwistjonijiet tal-UE f'dibattiti? Kull Stat Membru għandu Uffiċċju tal-Informazzjoni lest biex jinvolvik.
Rue Wiertz/Wiertzstraat 60
B-1047 Bruxelles/Brussel
Belgique/België
Il-Parlament Ewropew huwa l-qalba tad-demokrazija fl-Unjoni Ewropea, u jirrappreżenta 500 miljun ruħ. Żjara fil-kampus ta' Brussell tispjega kif jaħdem il-Parlament Ewropew u x’jagħmel għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.
Tip ta’ żjara: Hemm ħafna attivitajiet tal-Parlament Ewropew, bħal żjarat individwali u fi gruppi, sessjonijiet ta’ informazzjoni u logħba ta’ role play għal gruppi tal-iskola.
L-attivitajiet kollha huma bla ħlas u l-biċċa l-kbira minnhom huma disponibbli bil-lingwi uffiċjali Ewropej kollha.
Attivitajiet u postijiet li tista' żżur jinkludu:
Daqs tal-grupp: Individwi u gruppi, ara l-paġni web tal-attività.
Rekwiżit ta' riżervazzjoni bil-quddiem: Għal uħud mill-attivitajiet jeħtieġ li tibbukkja minn qabel, ara l-paġni web tal-attività għad-dettalji.
Età minima tal-viżitaturi: Ir-restrizzjonijiet ta' età jvarjaw, ara l-paġni web tal-attività.
Plateau du Kirchberg
B.P. 1601
L-2929 Luxembourg
Fil-Parlament Ewropew fil-Lussemburgu nsibu l-ewwel sala għad-dibattitu Emiċiklu. Il-kampus tal-Lussemburgu jintuża primarjament għal xogħol amministrattiv iżda huwa possibbli wkoll li żżuru.
Tip ta’ żjara: Sessjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet Ewropej, kif ukoll żjarat fl-Emiċiklu oriġinali. Iż-żjarat huma kollha bla ħlas.
Daqs tal-grupp: Gruppi biss ta' bejn 20 u 50 persuna.
Rekwiżit ta' riżervazzjoni bil-quddiem: Jekk jogħġbok irriżerva mill-inqas 8 ġimgħat bil-quddiem.
Età minima tal-viżitaturi: 14-il sena.
1, avenue du Président Robert Schuman
CS 91024
F-67070 Strasbourg Cedex
Fi Strasburgu tinsab is-sede uffiċjali tal-Parlament Ewropew.
Tip ta’ żjara: sessjonijiet ta’ informazzjoni, u programmi edukattivi sħaħ jiġu offruti fi Strasburgu. Dawn huma:
Daqs tal-grupp: il-gruppi għandhom ikunu bejn 15 u 50 persuna (gruppi akbar jistgħu jintlaqgħu fuq talba).
Rekwiżit ta' riżervazzjoni bil-quddiem: jekk jogħġbok irriżerva mill-inqas 12-il ġimgħa bil-quddiem.
Età minima tal-viżitaturi: 14-il sena: