Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa korp konsultattiv tal-UE magħmul minn rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem u gruppi oħra ta' interess. Huwa joħroġ opinjonijiet dwar kwistjonijiet tal-UE lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill tal-UE u lill-Parlament Ewropew, u b’hekk jaġixxi bħala pont bejn l-istituzzjonijiet tal-UE li jieħdu d-deċiżjonijiet u ċ-ċittadini tal-UE.
Jagħti lil gruppi ta’ interess leħen formali dwar il-proposti leġiżlattivi tal-UE. It-3 kompiti ewlenin tiegħu huma li:
Il-membri tal-KESE jirrappreżentaw iż-żewġ naħat tal-industrija u tal-gruppi ta' interess soċjali minn madwar l-Ewropa. Huma nnominati mill-gvernijiet nazzjonali u maħtura mill-Kunsill tal-UE għal-terminu ta' 5 snin li jista' jiġġedded. L-għadd ta' membri għal kull pajjiż jiddependi mill-popolazzjoni ta' dak il-pajjiż.
Il-KESE jeleġġi l-President tiegħu u żewġ Viċi Presidenti għal terminu ta' sentejn u nofs. Il-membri jappartjenu għal wieħed minn 3 gruppi:
Il-KESE huwa kkonsultat mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar varjetà ta' suġġetti. Joħroġ ukoll opinjonijiet fuq l-inizjattiva tiegħu.
Il-membri jaħdmu għall-UE, indipendentement mill-gvernijiet tagħhom. Huma jiltaqgħu 9 darbiet fis-sena. L-opinjonijiet huma adottati b’vot ta’ maġġoranza sempliċi.
Il-laqgħat huma ppreparati mit-taqsimiet speċjalizzati tal-KESE u mill-kummissjoni konsultattiva dwar il-bidliet industrijali. Il-gruppi ta' riflessjoni speċjalizzati tal-KESE (magħrufa bħala l-'osservatorji') u l-kumitat ta' tmexxija ta' Ewropa 2020 jimmonitorjaw il-progress tal-istrateġiji tal-UE.
Il-KESE jżomm kuntatt mal-kunsilli ekonomiċi u soċjali reġjonali u nazzjonali madwar l-UE - l-aktar biex jaqsam l-informazzjoni u jiddiskuti kwistjonijiet partikolari.
Il-KESE jorganizza avvenimenti tal-arti, taż-żagħżagħ u oħrajn biex iqarreb liċ-ċittadini tal-UE lejn xulxin.
Rue Belliard/Belliardstraat 99
B-1040 Bruxelles/Brussel
Belgique/België
Tip ta’ żjara: Sessjoni ta’ informazzjoni
Daqs minimu ta’ grupp: Mhux speċifikat
Ħtieġa ta' riżervazzjoni bil-quddiem: 3 ġimgħat
Età minima tal-viżitaturi: Mhux speċifikat