Unjoni Ewrope

Il-Kunsill Ewropew

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Jiddefinixxi d-direzzjoni u l-prijoritajiet politiċi ġenerali tal-Unjoni Ewropea
  • Membri: Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-pajjiżi tal-UE, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
  • President: Donald Tusk
  • Stabbilit: Fl-1974 (forum informali), fl-1992 (status formali), fl-2009 (istituzzjoni uffiċjali tal-UE)
  • Jinsab: Fi Brussell (il-Belġju)
  • Sit web: Il-Kunsill Ewropew

Il-Kunsill Ewropew jgħaqqad flimkien lill-mexxejja tal-UE biex jistabbilixxu l-aġenda
politika
tal-UE. Jirrappreżenta l-ogħla livell ta' kooperazzjoni politika bejn il-pajjiżi
tal-UE.

Wieħed minn 7 istituzzjonijiet uffiċjali tal-UE, il-Kunsill jieħu l-forma ta' laqgħat
tas-summit
(normalment trimestrali) bejn il-mexxejja tal-UE, ippreseduti minn president permanenti.

X’jagħmel il-Kunsill Ewropew?

  • Jiddeċiedi fuq id-direzzjoni ġenerali u l-prijoritajiet politiċi – iżda ma
    jgħaddix il-liġijiet
    .
  • Jittratta kwistjonijiet kumplessi jew sensittivi li ma jistgħux jiġu riżolti f'livelli iktar
    baxxi ta' kooperazzjoni intergovernattiva.
  • Jistabbilixxi l-politika estera u ta' sigurtà komuni, waqt
    li jqis l-interessi strateġiċi u l-implikazzjonijiet tad-difiża tal-UE.
  • Jinnomina, jaħtar u jagħżel kandidati eletti għal ċerti rwoli bi profil għoli fil-livell tal-UE, bħall-BĊE u
    l-Kummissjoni.

Għal kull kwistjoni, il-Kunsill Ewropew jista’:

Kompożizzjoni

Il-Kunsill Ewropew hu magħmul mill-kapijiet
ta' stat jew gvern tal-pajjiżi kollha tal-UE
, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet
Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
.

Huwa msejjaħ u ppresedut mill-President tiegħu, li hu elett
mill-Kunsill Ewropew stess għal terminu ta' sentejn u nofs li jista' jiġġedded darba biss.
Il-President jirrappreżenta lill-UE mad-dinja ta' barra.

Kif jaħdem il-Kunsill Ewropew?

Normalment jiltaqa' 4 darbiet fis-sena – iżda l-President jista' jsejjaħ laqgħat addizzjonali biex
jindirizza kwistjonijiet urġenti.

Ġeneralment jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet b'kunsens
iżda f'xi każijiet b'unanimità jew
b'maġġoranza kkwalifikata.
Il-kapijiet ta’ Stat/Gvern biss jistgħu jivvutaw.

Il-Kunsill Ewropew u int

Tista' tagħmel mistoqsijiet
ġenerali dwar il-ħidma tal-Kunsill lis-Servizz
tal-Informazzjoni Pubblika
.

Dettalji ta' kuntatt

il-Kunsill Ewropew

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz

Rue de la Loi/Wetstraat 175

B-1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/België

Tel
+32 2 281 61 11
Fax
+32 2 281 69 34
Back to top