Fil-Kunsill, il-ministri tal-gvern minn kull pajjiż tal-UE jiltaqgħu biex jiddiskutu, jemendaw u jadottaw il-liġijiet, u jikkoordinaw il-politiki. Il-ministri għandhom l-awtorità li jimpenjaw lill-gvernijiet tagħhom biex iwettqu l-azzjonijiet li jkun intlaħaq qbil dwarhom fil-laqgħat.
Flimkien mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill huwa l-fergħa ewlenija tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE.
M’għandux jiġi konfuż ma':
Ma hemmx membri fissi tal-Kunsill tal-UE. Minflok, il-Kunsill jiltaqa' f'10 konfigurazzjonijiet differenti, fejn kull waħda tikkorrispondi għall-qasam ta' politika li jkun se jiġi diskuss. Skont il-konfigurazzjoni, kull pajjiż jibgħat il-ministru responsabbli għal dak il-qasam ta’ politika.
Pereżempju, meta ssir il-laqgħa tal-Kunsill dwar l-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji (il-“Kunsill ECOFIN”), jattendu l-ministri tal-finanzi ta' kull pajjiż.
Il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin għandu president permanenti - ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà . Il-laqgħat l-oħra kollha tal-Kunsill huma mmexxija mill-ministru rilevanti tal-pajjiż li jkollu l-presidenza b'rotazzjoni tal-UE.
Pereżempju, kull laqgħa tal-Kunsill Ambjent fil-perjodu meta l-Estonja jkollha l-presidenza tkun immexxija mill-Ministru tal-Ambjent Estonjan.
Il-konsistenza ġenerali hi żgurata mill-Kunsill Affarijiet Ġenerali - appopġġat mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti. Dan hu magħmul mir-Rappreżentanti Permanenti għall-UE tal-pajjiżi tal-UE, li huma, fil-fatt, l-ambaxxaturi nazzjonali tal-UE.
Il-pajjiżi taż-żona tal-euro jikkoordinaw il-politika ekonomika tagħhom permezz tal-Grupp tal-Euro li jikkonsisti mill-ministri tal-ekonomija u tal-finanzi tagħhom. Huwa jiltaqa’ fil-jum ta’ qabel il-laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Il-ftehimiet milħuqa fil-laqgħat tal-Grupp tal-Euro jiġu deċiżi b’mod formali fil-Kunsill l-għada, fejn il-ministri tal-pajjiżi taż-żona tal-euro biss jivvutaw dwar dawk il-kwistjonijiet.
Biex tiġi blokkata deċiżjoni, huma meħtieġa tal-anqas 4 pajjiżi (li jirrappreżentaw tal-inqas 35% tal-popolazzjoni totali tal-UE)
Tista' tagħmel mistoqsijiet ġenerali lis-servizz ta' informazzjoni pubblika tal-Kunsill.
Rue de la Loi / Wetstraat, 175
B-1048 Bruxelles/Brussel
Belgique/België
Tip ta’ żjara: sessjoni ta' informazzjoni, seminar
Daqs minimu tal-grupp: 20 ruħ
Rekwiżit tar-Riżervazzjoni bil-quddiem: Ħmistax-il (3-il) xahar
L-età minima tal-viżitaturi: 15-il sena